Lokali

“Il-frażi ‘użu responsabbli’ hija mit” – Sedqa

“Ma tistax titkellem fuq responsible use fejn jidħol psychoactive susbtance .. ma nistax ngħid li jien responsabbli u naf x’qed nagħmel meta fl-istess ħin qed nieħu xi ħaġa li qed taffetwa l-mod kif naħseb u kif nirraġuna”

Dan kien il-kliem tat-tabiba Anna Vella… il-Clinical Chairperson tal-Aġenzija Sedqa, waqt seduta illi saret b’mod konġunt aktar kmieni din is-sena bejn il-kumitat tal-affarijiet Soċjali u l-Kumitat tal-Familja… fejn ġiet diskussa l-Policy Nazzjonali dwar id-Droga f’pajjiżna.

Waqt li kienet qed titkellem dwar il-kannabis, Anna Vella saħqet li dan l-abbożż ta’ liġi ma jagħmilx sens għax hemm ħafna inċertezzi li għadhom ma ġewx kjarifikati.

“Ħafna minn nies jaħsbu li l-cannabidoil huwa the safe part tal-ħaxixa .. iżda m’huwiex – it has been proved over and over again li għandha hallucinogenic effect iġifieri pschotic effect li tibda timmagina u tisma l-affarijiet .. u dan ma jiddependix mid-doża”

Fi-diskors tagħha t-tabiba Anna Vella kkonfermat li din il-liġi mhix korretta u l-Gvern għad m’għandux biżżejjed informazzjoni kif din il-liġi se taffettaw is-soċjeta’ tagħna.

“Ħafna esperti jgħidu mill-ewwel li din il-white paper m’hiex tajba għaliex inti ma tistax titkellem fuq resposible use, għax fil-verita din hija myth”.

Apparti dan, it-tabiba Anna Vella… li hi esperta f’dan il-qasam …sostniet li din il-liġi tiskarta għal kollox l-interess tat-tfal u tal-ġid komuni, għaliex billi l-moħħ jibqa jiżviluppa sa l-eta’ tal-25 sena, l-użu tal-kannabis żgur li se jaffettwa dan l-iżvilupp.

“Aħna nafu li l-moħħ jibqa jiżviluppa sal-25 sena. Sa 18 years il-moħħ ikun żviluppa sewwa iżda bejn 18 u 25 ikun għad hemm proċess ta’ żvilupp li l-lkannabis definitely se jaffetwa l-moħħ f’dak il-punt. Qabel dik l-eta’ l-użu tal-kannabis mhux se tagħmel ġid lil dan l-organu.”

F’April, it-tabiba Anna Vella kienet diga’ insistiet fuq il-bżonn ta’ informazzjoni tanġibbli.

“L-white paper tgħid xi ħaġa li fil-verita ma tagħmilx sens għax jitkellem fuq 7 grammi u 28 grammi u fuq pjanti. Pero dak ma jfissirx kemm qed nitkellmu fuq il-livell ta THC u Cannabidoil. L-Olanda rajt bud ta’ 10 kili igifieri jekk għandi 4 pjanti minn dawk id-dar għandi kemm irrid..”

Minn naħa tiegħu, Alfred Grixti il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Soċjali saħaq li l-Aġenzija Sedqa hija definittivament kontra cafes tal-kannabis li ġew proposti fix-xhur li għaddew.

“L-ewwel nett irid ikun hemm postijiet approvati fejn nies jistgħu ipejjpu l-ħaxixa.. aħna ma naqblux mal-istunt li għamlet media house partikolari .. ħa nagħmel Cannabis Cafe – bir-ripett kollu l-affarijiet ma jsirux hekk jekk aħna se nilliberalizzaw … Ma nistgħux umbagħad inmorru għall-free for all u ngħid li se nagħmel cannabis cafe.”

Minkejja dawn l-appelli tal-esperti, il-Gvern baqa’ għaddej bil-liġi ….u t-Tlieta approva fi stadju ta’ kumitat il-legalizzazzjoni tal-kannabis – li issa, bħala formalità, tghaddi ghat-Tielet qari tagħha fil-Parlament.