Il-kamra tal-Inġiniera l-Ġimgħa tellgħat l-20 edizzjoni tal-Malta Engineering Excellence Awards (MEEA) fejn preżentat għadd ta’ premijiet b’kollaborazzjoni mal-Energy & Water Agency.
Ir-rebbieħa tal-premju għall-Enerġija u l-ilma sostenibbli kienet il-kumpanija James Caterers. Filwaqt li r-rebbieħa għall-premju tal-Eċċelenza Industrijali kienu Carlo Gavazzi Malta.
Il-Premju Maurice Debono Lifetime Achievment intrebaħ mill-Inġ. Joe Camilleri filwaqt li l-premju għall-aqwa proġett li jikkonsisti fi tliet kategoriji ntrebaħ minn Katrina Degiorgio, Emma Fenech u Francesca Chircop.
//= $special ?>