Il-proposta tal-Unjoni Ewropea li ma tibqax tintuża l-frażi ta’ Milied iżda “perjodu ta’ vaganzi” mhi xejn ħlief deċiżjoni antikwata.
Kliem il-Papa Franġisku meta mistoqsi mill-ġurnalisti abbord l-ajruplan fi triqtu mill-Greċja, fejn fakkar kif fl-istorja, kien hemm diversi li ppruvaw jagħmlu l-istess pass.
Il-Kap tal-Knisja Kattolika kien qed jirreferi għal dokument “intern” li ħarġet il-Kummissarju Ewropew Helena Dalli, lejn l-aħħar ta’ Ottubru, li kien deskritt minn ħafna bħala tentattiv biex “jitħassar il-Milied”.
L-eks Ministru Laburista kienet tellgħet tweet b’ritratt iżżomm dan id-dokument, li sab l-oġġezzjoni ta’ ħafna, fosthom tal-eks President tal-Parlament Eworpew Antonio Tajani, li qal li din hi proposta “assurda” għax qal li “l-inklużjoni ma tfissirx li ċċaħħad l-għeruq Kristjani li għandha l-Unjoni Ewropea”.
Min-naħa tiegħu, il-Papa Franġisku qal li fil-passat, anke Napuljun ipprova jwaqqaf il-Milied, kif l-istess għamlu n-Nazisti u d-dittatorjati Komunisti, iżda ħadd qatt ma rnexxielu. Hu wissa li pożizzjoni bħal din tista’ taqsam lill-Istati Membri u ddgħajjef l-għaqda bejn il-pajjiżi.
//= $special ?>