Il-Partit Nazzjonalista jemmen bis-sħiħ fl-għaqdiet volontarji u fil-ġid li dawn iwettqu fil-komunità Maltija. Dan intqal waqt konferenza tal-aħbarjiet indirizzata mid-deputati Kevin Cutajar, Claudette Buttigieg u Ivan Bartolo hekk kif t-Tnejn il-PN nieda għadd ta’ proposti li se jkunu qed issaħħu u jgħinu s-settur tal-volontorjat u l-NGO’s
Kevin Cutajar semma kif Gvern gdid Nazzjonalista se jkun qed jaħdem biex ikun hemm tnaqqis tal-burokrazija għall-istess għaqdiet.
Fost l-oħrajn, il-PN jara li jkun hemm reġistru wieħed biss amministrat mill-Kummissarju għall-Volontarjat, jara li jkun hemm portal elettroniku wieħed user friendly, li jħajjar u jgħin lill-għaqdiet volontarji biex jagħmlu dik li tissejjaħ self-regulation, u jsaħħaħ is-superviżjoni tal-istat fuq il-qasam tal-volontarjat biex joffri serħan il-moħħ lill-banek.
Claudette Buttigieg tenniet li l-Partit Nazzjonalista qed jipproponi li jkun hemm eżenzjoni mit-Taxxa fuq il-Valur Miżjud fuq ċerti proġetti. U li jkun hemm ukoll eżenzjoni tat-Taxxa fuq id-Dħul meta jingħataw donazzjonijiet lill-għaqdiet.
Gvern Nazzjonalista ġdid isaħħaħ ir-rwol tal-Kunsill Malti għall-Volontarjat. U jwettaq eżerċizzju nazzjonali biex jiġu identifikati propjetajiet tal-Istat battala jew li ma jintużawx, sabiex dawn il-propjetajiet jingħataw taħt ftehim lill-għaqdiet.
Gvern Nazzjonalista ġdid jagħti lill-uffiċju tal-Kummissarju tal-Volontarjat aktar riżorsi biex jaħdem….jagħti lill-Kunsill Malti għall-Volontarjat l-istatus li jixraqlu….jagħti wkoll aktar għajnuna lill-għaqdiet fuq livell reġjonali, kif spjega id-deputat Ivan Bartolo.
Gvern Nazzjonalista ġdid jipprovdi aktar riżorsi billi jara li jassenja mal-għaqdiet kollha volontarji u mhux governattivi ħaddiema mis-settur pubbliku, biex jgħinu lil dawn l-għaqdiet. U konxju mill-varjeta wiesgħa t’għaqdiet li jeżistu f’Malta, Gvern Nazzjonalista ġdid, jikkonsidra kategoriji ġodda għal għaqdiet bħal dawk l-assoċjazzjonijiet li jirrapreżentaw xi settur ekonomiku jew soċjali jew inkella xi professjoni.
//= $special ?>