Sport Sport Ieħor

It-tim Russu jirbaħ id-Davis Cup

(Ritratt: EPA)

Is-seed numu tnejn Daniil Medvedev għeleb lil Marin Cilic fil-finali f’Madrid biex ta t-tielet titlu tad-Davis Cup lit-tim tal-Federazzjoni Russa. Medvedev għeleb lil Kroat CIlic 7-6 6-2, b’Andrey Rublev jegħleb lil Borna Gojo 6-4 7-6 fil-finali l-oħra, biex aċċertaw minn rebħa ta’ 2-0 għar-Russi fuq il-Kroati.

Fil-kummenti ta’ wara l-partita Medvedev stqarr li ma kienx faċli li jilgħab fid-Davis Cup fl-aħħar tal-istaġun, iżda ammetta li dawn il-ġimgħatejn kienu fost l-aqwa mumenti tal-karriera tiegħu. Medvedev kellu staġun mill-aqwa fejn rebaħ l-ewwel Grand Slam tiegħu fl-Open tal-Istati Uniti.