Lokali

Jingħata l-permess biex isiru l-Purċissjonijiet bil-Bambin

Il-Purċissjonijiet bil-Bambin se jkunu jistgħu jsiru basta ma jkunx hemm aktar minn 100 persuna preżenti, kollha vvaċċinati u l-ħin kollu lebsin il-maskra.

Dan qalitu s-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci wara l-pressjoni li saret fuq l-awtoritajiet tas-saħħa, fid-dawl ta’ attivitajiet pubbliċi oħrajn li saru fl-aħħar ġimgħat.

Il-Professur Gauci qalet li d-deċiżjoni ttieħdet, ladarba jistgħu jkunu segwiti l-protokolli għall-attivitajiet li għalihom jattendu nies bilwieqfa.

Min-naħa l-oħra, it-tfal li għandhom anqas minn 12-il sena u li s’issa mhux vaċċinati jridu jkunu akkumpanjati mill-ġenituri jew minn persuni legalment responsabbli għalihom.

Ħafna kienu qed jiddubitaw jekk l-aworitajiet kienux se jħallu l-Purċissjonijiet bil-Bambin isiru … tradizzjoni li nbdiet minn San Ġorġ Preca, l-ewwel Qaddis Malti u l-Fundatur tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija (M.U.S.E.U.M.).