Futbol Sport

Jude Bellingham investigat mill-FA Ġermaniża

Il-midfielder ta’ Borussia Dortmund Jude Bellingham se jkun ivestigat mill-FA Ġermaniża wara kummenti li għadda wara t-telfa ta’ 3-2 kontra Bayern Munich fl-aħħar ħarġa tagħhom fil-Bundesliga.

Fil-kummenti tiegħu Bellingham deher jitfa’ dubju dwar ir-referee Felix Zwayer li kien sospiż sitt xhur fuq skandlu ta’ match-fixing lura fl-2005. Zwayer kien protaginst fil-partita hekk kif Dortmund ipprotestaw darbtejn għall-penalty, filwaqt li ordna peanlty għal Bayern Munich wara li Mats Hummels deher imiss il-ballun b’idu.

Il-Bundesliga talbet lil Bellingham jiċċara l-kummenti tiegħu, bid-direttur sportiv ta’ Dortmund, Michael Zorc, jisħaq li Bellingham għandu l-appoġġ kollu tal-club.