Lokali

Kjarifika mill-Assoċjazzjoni tal-Importaturi tal-Karozzi

L-Assocjazzjoni tal-Importaturi tal-Karozzi tagħmel referenza għal numru ta’ rapporti li saru fil-midja dwar individwi li allegatament, huma involuti f’atti kriminali u li rreferu għalihom innifishom bħala ‘Car Dealers’.

L-Assocjazzjoni tal-Importaturi tal-Karozzi tiddikkjara li m’għandha l-ebda rabta mal-individwi jew l-entitajiet li ġew imsemmija f’dawn ir-rapporti. L-individwi msemmija qatt ma kienu, u mhumiex preżentament membri fl-Assoċjazzjoni.

Huwa propju għal dan l-għan li l-Malta Car Importers Association timplimenta u żżomm standards għoljin sabiex b’hekk tassigura li l-membri tagħha m’għandhom l-ebda involviment f’atti kontra l-liġi. Fil-fatt, fiż-żmien li ġej, il-Malta Car Importers Association ser tkun qed tintroduċi proċessi ġodda ta’ Due Diligence u Quality Control sabiex taċċerta li l-membri tagħha huma individwi jew entitajiet ta’ kondotta tajba u li mhumiex involuti f’atti ta’ kriminalità. Dan ser ikun applikabbli għall-membri preżenti kif ukoll għall-membri prospettivi ta’ din l-Assoċjazzjoni.