Lokali

“Nistennew spjegazzjoni mill-President ta’ Malta”

Kuljum qed nikkonfermaw aktar li f’Malta għandna nies speċjali li għalihom hemm liġi differenti mill-liġi għall-bqija taċ-ċittadini. Kif darba qal ministru, li mid-dehra m’għamel xejn ħlief li jparla, f’pajjiżna għandna liġi għall-allat u liġi oħra għall-bhejjem.

It-Times tal-lum kixfet skandlu gravi ieħor frott l-impunità li tirrenja f’pajjiżna.

Fil-waqt li kull ċittadin komuni jrid iħallas sal-anqas ċenteżmu ta’ kull ċitazzjoni li jeħel, issa skoprejna li ċerta politiċi, nies qrib tagħhom u oħrajn huma klassi speċjali li tinħafrilhom iċ-ċitazzjoni.

Mhux hekk biss, iżda jidher li l-awtoritajiet ma jieħdux passi kontra min wettaq dan l-abbuż.

Repubblika tistenna li dan l-abbuż ikun investigat sal-qiegħ, jingħata rendikont sħiħ lill-poplu u dawk kollha li gawdew mill-abbuż iħallsu ta’ għemilhom.

Din hija materja ta’ ġustiżżja u kontabiltà.  Infakkru li dawk li huma fdati biex jiżguraw u jamminstraw il-ġustizzja għandhom jagħmlu dan bl-akbar onestà u jridu jagħtu kont ta’ għemilhom.

Bl-istess mod, nistennew spjegazzjoni mill-Uffiċċju tal-President dwar dak li wassal biex jieqfu l-proċeduri fil-Qorti kontra persuna akkużata li feriet persuna oħra b’mod gravi