Lokali

Owen Bonnici jirrepeti l-qerq tal-media Laburista dwar il-liġi tal-kannabis

Tkompli l-istrateġija ta’ qerq mill-media Laburista, hekk kif fl-aħħar jiem ippubblikaw diversi artikli biex jagħtu x’jifhmu li l-liġi l-ġdida tal-kannabis se jkun qed tiddikriminalizza l-użu ta’ din id-droga – xi ħaġa li hija fattwalment skorretta. Dan għaliex il-liġi tad-dekriminalizazzjoni għaddiet fl-2015 bi qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.

U issa, anke l-Ministru Owen Bonnici qed jipprova jħawwad l-imħuħ, u jirrepeti l-qerq tal-media laburista.

Fi kliem sempliċi, il-Ministru qed jgħid li hija din il-liġi li se tiddikriminalizza – meta dan mhuwiex minnu.

Lill-Ministru Owen Bonnici saqsejnih ukoll dwar in-nuqqas ta’ konsultazzjoni mal-entitajiet li jaħdmu f’dan is-settur, kif ukoll mal-Unions u l-NGO’s.

…b’Owen Bonnici jagħti x’jifhem li għalih il-White Paper kienet biżżejjed.

Intant, affaċjat bid-domandi ta’ Net News, Owen Bonnici qal – dejjem skont hu – li din il-liġi ma tillegalizzax il-kannabis.

Fl-aħħar jiem issoktaw l-appelli minn għadd ta’ korpi kostitwiti inkluż mill-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel sabiex il-President ta’ Malta George Vella ma jiffirmax l-Abbozz ta’ Liġi li sejjer jillegalizza l-użu tal-Kannabis f’Malta. L-MUMN appellat b’saħħa biex il-President ma jiffirmax qabel ma jidħlu fis-seħħ il-miżuri meħtieġa għall-ħarsien tal-pazjenti fl-isptarijiet u r-residenti anzjani.