Futbol Sport

Rebħa għal Empoli, Cagliari u Torino jtemmu fi draw

(Ritratt: EPA)

Fi Stadio Carlo Castellani Empoli kisbu rebħa ta’ 3-1 fuq Udinese biex saħħew posthom fil-11-il post tal-klassifika. Kienu Udinese li fetħu l-iskor meta kien Gerard Deulofeu li wara li bidel il-ballun ma’ Isaac Success, tefa’ fix-xibka għal 1-0. Minkejja dan fit-tieni taqsima Empoli kisbu d-draw fid-49 minuta permezz ta’ Petar Stojanovic. Biex għaxar minuti wara huma marru fil-vantaġġ meta wara żball difensiv kien Nedim Bajrami li approfitta u tefa’ fix-xibka għal 2-1. Huma komplew ikabbru l-vantaġġ fit-78 minuta b’gowl ta’ Andrea Pinamonti wara pass ta’ Nedim Bajrami.

F’partita oħra Cagliari u Torino temmew fi draw ta’ 1-1. Kienu Torino li fetħu l-iskor fil-31 minuta meta Andrea Carboni tefa’ fil-lasta tiegħu stess għal 1-0. Madanakollu Cagliari kisbu l-gowl tad-draw fit-53 minuta meta b’ġest akrobatiku kien Joao Pedro li tefa’ fix-xibka għal 1-1.

Ilbieraħ: Bologna v Fiorentina 2-3, Venezia v Verona 3-4, Spezia v Sassuolo 2-2, Sampdoria v Lazio 1-3, Juventus v Genoa 2-0 Illum: Empoli v Udinese 3-1, Cagliari v Torino 1-1