Robert Abela – li fl-2019 kien il-konsulent tal-Kabinett ta’ Joseph Muscat – ma ħassx il-ħtieġa li jikkummenta dwar dak żvelat il-Ħadd mis-Sunday Times of Malta, fejn sar magħruf li l-eks Ministru Laburista Konrad Mizzi kien kiseb l-approvazzjoni tal-Kabinett biex iffirma ftehim minn wara dahar il-poplu Malti. U li jorbotna li nhallsu l-miljuni kemm-il darba jaqa’ id-deal tal-isptarijiet.
Il-gazzetta qalet li l-minuti tal-Kabinett indikaw li Konrad Mizzi ta deskrizzjoni verbali lil sħabu u saħansitra talab approvazzjoni għad-deal ta’ 100 miljun ewro … approvazzjoni li ngħatatlu. Iżda għal Robert Abela, skiet assolut matul il-jum tal-Ħadd, specjalment matul l-attività biex il-Labour jiġbor il-flus għall-elezzjoni ġenerali.
Minflok, intervistat mill-preżentatur Laburista fuq l-istazzjon televiżiv tal-Partit, Abela ftaħar li matul il-perjodu tal-pandemija, il-Gvern tiegħu għamel proġetti infrastrutturali kbar li tejbu s-sitwazzjoni tat-traffiku.
Iżda ma qalx li dawn l-istess proġetti, fl-aħħar ġimgħat, spiċċaw mgħarqa bix-xita.
Min-naħa l-oħra, Abela reġa’ pprova jgħatti xtur il-Gvern tiegħu għall-mod kif daħħal b’għaġla l-Liġi dwar l-użu tal-Kannabis billi semma’ eżempju relatat mad-dekriminalizzazzjoni tad-droga – xi haga li ilha fis-sehh mill-2015, u li dwarha jaqblu iz-zewg partiti.
Fl-istess waqt, reġa’ attakka lil min ikkritika lill-Gvern talli ma saritx il-konsultazzjoni kollha meħtieġa.
Dwar il-pandemija, il-Prim Ministru qal li din għadha magħna u fadlilha x-xhur [show footage of Abela. Barra minhekk, hu qal li wieħed m’għandux iqis dan il-Milied daqslikieku hu xi wieħed bħal dak li konna mdorrijin ngħixu qabel il-pandemija.
Propju fil-jum meta pajjiżna fakkar il-qtil kiesaħ u biered ta’ Raymond Caruana 35 sena ilu, f’attakk mill-partitarji Soċjalisti, Robert Abela ftaħar li hu u l-Partit tiegħu huma Soċjalisti.
Sadanittant, il-Prim Ministru sab il-ħin jikkritika l-inċentivi ambjentali li kien għamel Gvern Nazzjonalista, fl-istess waqt li ftaħar bil-proġett tal-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali, investiment li sar mill-Gvern Nazzjonalista fl-2009 u li l-Labour fil-Gvern ħallih jikkrolla – biex issa taparsi reġa’ fetħu.
//= $special ?>