Kunsilli Lokali Lokali

24 Kunsilli Lokali għalqu s-sena 2020 b’ defiċit jew b’riżervi negattivi

L-Awditur Ġenerali (NAO) ikkonferma li l-Kunsilli Lokali tal-Kalkara u tal-Belt Valletta ma preżentawx ir-rekords finanzjarji u dokumentazzjoni oħra għas-sena 2020. Dan intqal fir-rapport li preżenta llum l-istess Awditur lill-Ispeaker tal-Parlament.

Fir-rapport tiegħu, l-NAO qal li l-Audit Reports ta’ 43 awtorità lokali oħra ġew kwalifikati b’ċerti kundizzjonijiet minħabba li ma kienx hemm evidenza suffiċjenti biex jiġu verifikati ċerti transazzjonijiet. Dan filwaqt li 10 Kunsill Lokali kellhom Emphasis of Matter fl-audit report, li jindika li tali Kunsilli jista’ jkun li ma jlaħħqux mal-obbligi finanzjari tagħhom fil-futur qrib.

L-NAO qal li 24 Kunsilli Lokali għalqu s-sena 2020 b’ defiċit jew b’riżervi negattivi u 10 Kunsilli ma ssottomettewx ir-risposta tagħhom għall-Management Letter sad-data li tlesta r-rapport tal-Awditur.