Għadd kbir ta’ organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw is-setturi kollha tas-soċjetà u firxa wiesgħa ta’ msieħba soċjali ppreżentaw petizzjoni lill-Parlament fl-aħħar tentattiv biex jikkonvinċu lill-Gvern biex jintroduċi qafas regolatorju aktar b’saħħtu ladarba iddeċieda li jgħaġġel abbozz ta’ liġi li jirregola l-użu tal-kannabis. Il-petizzjoni ġiet approvata wkoll mill-Eċċellenza Tagħha Marie Louse Coleiro Preca, President Emeritus. Għadd ta’ akkademiċi mill-Università ta’ Malta u individwi oħra ngħaqdu wkoll mal-organizzazzjonijiet biex jiffirmaw il-petizzjoni.
L-organizzazzjonijiet iddeċidew li jagħmlu dan l-aħħar tentattiv peress li jemmnu li din il-kwistjoni hija waħda kritika b’implikazzjonijiet estensivi għas-soċjetà. Il-Gvern injora bosta emendi raġonevoli u bilanċjati u insista li jgħaddi qafas regolatorju dgħajjef ħafna li jirriskja li jħalli impatt negattiv kbir fuq is-soċjetà tagħna, speċjalment fost it-tfal, iż-żgħażagħ u l-aktar vulnerabbli.
Il-petizzjoni titlob lill-Parlament biex jemenda l-abbozz ta’ liġi billi jemenda sitt aspetti tal-liġi. L-għan huwa li jinħoloq qafas regolatorju aktar b’saħħtu u jittaffew ir-riskji possibbli għas-soċjetà li din il-liġi tista’ ġġib magħha. Is-sitt punti li qed jiġu proposti huma dawn li ġejjin:
- tiżdied l-età meta l-konsum tal-kannabis isir legali permezz tal-Abbozz minn 18 għal 25;
- tiżdied d-distanza tal-klabbs tal-kannabis minn skejjel, ċentri taż-żgħażagħ u istituzzjonijiet post-sekondarji minn sempliċi 250 metru għal kilometru;
- tirdoppja l-multi għat-tipjip tal-kannabis quddiem it-tfal u fil-pubbliku;
- titneħħa l-possibbiltà permessa fil-liġi li l-kannabis titkabbar f’residenzi maġenb l-iskejjel;
- tiġi regolata l-ammont ta’ THC permess fil-kannabis;
- titneħħa r-referenza għall-kampanji edukattivi msemmija fl-Abbozz ta’ Liġi biex tinżamm b’mod ċar is-sitwazzjoni preżenti fejn il-kampanji tal-Gvern dwar l-użu tad-droga jiffokaw esklussivament fuq miżuri ta’ prevenzjoni li jispjegaw ir-riskji tal-użu tal-kannabis.
Il-petizzjoni qed titlob lill-Membri Parlamentari biex jisimgħu l-vuċijiet tal-organizzazzjonijiet kollha, korpi kostitwiti, esperti mediċi, edukaturi, professjonisti mill-qasam psikosoċjali, akkademiċi, organizzazzjonijiet b’snin ta’ esperjenza fil-qasam tal-prevenzjoni tad-droga, eks-users tad-droga u ħafna oħrajn li kollha esprimew it-tħassib serju tagħhom dwar din il-liġi proposta.
F’dan l-istadju tard fid-dibattitu parlamentari, l-organizzazzjonijiet u l-individwi, li jirrappreżentaw eluf ta’ partijiet interessati, qed jagħmlu appell qawwi lin-naħa tal-Membri Parlamentari biex jirriflettu fuq ir-riperkussjoni negattiva wiesgħa li din il-liġi tista’ ġġib fuq is-soċjetà tagħna u biex tal-anqas jintroduċu dawn emendi mitiganti.
L-organizzazzjonijiet u l-individwi li qed jippreżentaw il-petizzjoni huma dawn li ġejjin:
- Caritas Malta
- OASI Foundation
- Malta Employers’ Association (MEA)
- Malta Chamber of Commerce and Industry
- Medical Association of Malta (MAM)
- Malta Union of Midwives and Nurses (MUMN)
- Malta Chamber of Pharmacists
- Gozo Business Chamber
- Malta Association of Social Workers
- Malta Association of Psychiatry
- Secretariat for Catholic Education (SfCE)
- Church Schools’ Association
- Gozo Tourism Association
- Richmond Foundation
- Zghazagh Azzjoni Kattolika ZAK
- Azzjoni Kattolika
- Malta Girl Guides
- Home Away from Home
- National Foster Care Association Malta
- National Parents Society for Persons with Disability
- St Jeanne Antide Foundation
- Paolo Freire Institute
- Millennium Chapel
- SOS Malta
- Dar Merhba Bik
- Youth Alive Foundation
- Social Assistance Secretariat
- Kummissjoni Djocesana Djakonija
- Dar tal-Providenza
- Society St Vincent De Paule
- Church Homes for the Elderly
- Ufficcju Hidma Pastorali mal-Persuni Separati
- Mater Dei and Sir Anthony Mamo Oncology Centre Chaplains
- RISE Foundation
- Dar Hosea
- Peace and Good Foundation
- Migrants Commission
- Kummissjoni Gustizzja u Paci
- Osanna Pia Foundation
- Fondazzjoni Sebħ
- Life Network Foundation
- Karl Vella Foundation
- Malta CAN (Children’s Associations Network)
- National Association of Pensioners
- H.E. President Emeritus Marie Louise Coleiro Preca
- Professor Andrew Azzopardi, Dean, Faculty of Social Wellbeing, UoM
- Dr Claire Azzopardi Lane, Deputy Dean, Faculty of Social Wellbeing, UoM
- Dr Colin Calleja, Dean, Faculty of Education, UoM
- Dr Michelle Attard Tonna, Deputy Dean, Faculty of Education, UoM
- Dr Sandra Scicluna, Head, Department of Criminology, Faculty for Social Wellbeing UoM
- Georgina Debattista, Visiting Senior Lecturer, Faculty for Social Wellbeing, UoM
- Max Cassar, Department of Psychology, UoM
- Angela Caruana – Children’s Rights Activist