Futbol Sport

Bejn illum u għada jkunu magħrufa t-timijiet li se jikkwalifikaw mal-aħħar sittax

Bejn illum u għada tirritorna l-UEFA Champions League għas-sitt u l-aħħar ġurnata mill-fażi tal-gruppi fejn se jkunu determinati t-timijiet li se jagħmluha għar-round tal-aħħar sittax. Illum jispikkaw il-partiti bejn Milan u Liverpool kif ukoll Real Madrid u Inter. Liverpool, Real Madrid u Inter diġa ikkwalifikaw għar-round li jmiss flimkien ma’ PSG, Man City, Ajax, li lkoll se jkun involuti fil-partiti ta’ llum. Min-naħa l-oħra għal Milan rebħa u tliet punti huma mperattivi biex ikunu fiċ-ċans li jagħmluha huma wkoll, bir-riżultat bejn Porto u Atletico Madrid, iħoll u jorbot il-klassifika fi Grupp B.

Intant għada tispikka l-partita bejn Bayern Munich u Barcelona fejn telfa għal Barcelona tkun tfisser li dawn ikunu eliminati u jikkompetu fil-UEFA Europa Leauge. F’partita oħra minn Grupp F, Atalanta jilagħbu kontra Villareal bir-rebbieħ ta’ din il-partita jgħaddi għall-fażi tal-aħħar sittax, bit-tieni post, wara Man Utd. Min-naħa l-oħra, sitwazzjoni interessanti fi Grupp G hekk kif l-erba’ timijiet involuti; Wolfsburg, Salzburg, Sevilla u Lille, kollha għadhom biċ-ċans li jikkwalifikaw għall-fażi li jmiss.

Illum: Grupp A PSG v Club Brugge 6.45pm, Leipzig v Man City 6.45pm Grupp B Milan v Liverpool 9.00pm, Porto v A.Madrid 9.00pm Grupp C Ajax v Sporting 9.00pm, B.Dortmund v Besiktas 9.00pm Grupp D R.Madrid v Inter 9.00pm, Shaktar D. v Sheriff 9.00pm

Għada Grupp E B.Munich v Barcelona 9.00pm, Benfica v D.Kyiv 9.00pm, Grupp F Atalanta v Villareal 9.00pm, Man Utd v Young Boys 9.00pm Grupp G Salzburg v Sevilla 9.00pm, Wolfsburg v Lille 9.00pm Grupp H Juventus v Malmo 6.45pm, Zenit v Chelsea 6.45pm