Lokali

Bernard Grech f’laqgħa kordjali mal-Ambaxxatur Tork

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech illum laqa’ fl-Uffiċċju tiegħu fid-Dar Ċentrali lil Kerem Kiratli, l-ambaxxatur tat-Turkija ghal pajjiżna.

F’laqgħa kordjali bejn Bernard Grech u Kiratli, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tkellem dwar it-tisħiħ fir-relazzjonijiet li diġà huma b’saħħithom bejn iż-żewġ pajjiżi – relazzjonijiet li jmorru lura għal diversi snin.

L-ambaxxatur Tork tenna l-impenn tiegħu li jkunu msaħħa dawn ir-relazzjonijiet bejn Malta u t-Turkija, ħalli ż-żewġ pajjiżi jkunu jistgħu jaħdmu iktar għall-interess taċ-ċittadini tagħhom.

Fil-laqgħa ntradd ħajr lil Kerem Kiratli li grazzi għall-ħidma tiegħu, il-linja tal-arjru Turkish Airlines setgħet tibqa’ għaddejja bl-operat tagħha lejn pajjiżna.

Preżenti ghal din il-laqgha kien ukoll il-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista ghall affarijiet barranin Carm Mifsud Bonnici.