Coronavirus Lokali

Covid-19: 86 każ ġdid; ifiqu 62

Fl-aħħar sigħat, l-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li bejn it-Tnejn u t-Tlieta kienu rreġistrati 86 każ ġdid ta’ COVID-19 f’pajjiżna. Dan filwaqt li fiequ mill-virus 62 persuna biex b’hekk il-każi attivi telgħu għal 1337.

In-numru ta’ persuni li jinsabu rikoverati fl-Isptar hu 22 bi tlieta minnhom jinsabu fit-taqsima tal-Kura Intensiva.

Għal jum ieħor ħadd ma tilef ħajtu kawża tal-Coronavirus, b’hekk il-fatalitajiet tal-pandemija jibqgħu jammontaw għal 468.

Fl-aħħar sigħat ingħataw 2,699 doża tal-booster tal-vaċċin.