Wara li nqabdu, issa kollha qed jaħarbu milli jwieġbu.
Il-Ministri kollha skomdu jitkellmu dwar id-deal ta’ 100 miljun li kien prezentalhom Konrad Mizzi, Robert Abela qed jaħrab lill-media biex ma jistaqsuhx, u Chris Fearne issa kixfuh – dejjem skont ir-rapport tat-Times – li anke hu kien jaf b’kollox.
Agħar minn hekk, biex l-affari tkompli tikkomplika ruħha, diversi Ministri ma jridux imissu ma din it-tema taħraq.
“Mela diskussjonijiet li jsiru fil-kabinett huma trattament materja li jibqgħu fil-kabinett… dak li jiġi diskuss fil-Parlament jibqa’ fil-kabinett”
….għalkemm jibqgħu jiddefendu l-kuntratt skandaluż tal-isptarijiet.
“Jekk taraw l-isptar t’Għawdex, tista’ tara l-investiment li sar li għamel qabża kbira”
Ir-rapporti li ħarġu fis-Sunday Times tal-Ħadd, ikkonfermaw kif il-Kabinett tal-Labour, li ghalih kien jattendi wkoll Robert Abela meta kien konsulent ta’ Joseph Muscat, kien jaf b’din il-klawsola ta’ €100 miljun li għamel Konrad Mizzi ma’ Steward Healthcare – tema li dwarha, lanqas is-Segretarju tal-Kabinett Mario Cutajar ma jrid jitkellem.
“X’jiġri fil-kabinett jibqa’ fil-kabinett”
Mistoqsi ripetutament minn Net News, Mario Cutajar ma riedx jgħid lanqas jekk qabilx ma’ dan id-deal tal-100 miljun.
“Mhux kompitu tiegħu li naqbel u ma naqbilx, dak li jiġri fil-kabinett ma nistax ngħidu, dak kollu li kelli xi ngħid …. weġibthom fil-Qorti”
//= $special ?>