“Malta teħtieġ tisħiħ fl-edukazzjoni u impjiegi li joffru xogħol ta’ kwalità.“
Hekk stqarr il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech f’artiklu ppubblikat fil-gazzetta MaltaToday fejn ta ħarsa lejn is-sitwazzjoni kurrenti f’pajjizna.
Bernard Grech qal illi li kieku l-Gvern jagħmel l-istess sforz meta mqabbel mal-isforz li qed jagħmel biex jillegalizza l-kannabis, kieku s-sitwazzjoni fl-edukazzjoni żgur tkun aħjar. U fakkar fis-survey tal-EY illi indika kif fl-aħħar 5 snin Malta naqset b’50% fl-attirazzjoni tagħha ghall-investiment barrani.
Bernard Grech kompla li apparti l-korruzzjoni li kisret ir-reputazzjoni ta’ Malta, b’pajjiżna ma jibqax daqstant kompettitiv…. il-ħtieġa li jkun hemm titjib fl-edukazzjoni għandha tkun ta’ prjijorità ewlenija biex fuq kollox l-investituri jibdew jaraw għal darb’oħra potenzjal f’pajjiżna.
Huwa kiteb li jeħtieġ anki revizjoni fil-kurikulu, fil-mod kif anki jsir it-tgħallim, filwaqt li nagħtu wkoll importanza lil għadd ta’ suġġetti li fl-aħħar snin ingħataw bis-sieq.
Bernard Grech elenka l-fatt li bħalissa fuq dawn is-setturi hemm bozza ħamra tixgħel, u ilha tixgħel għal numru ta’ snin mingħajr ħadd ma jindirizza l-isfidi li laqtu lil dawk kollha involuti f’dawn l-oqsma.
Huwa qal li l-Partit Nazzjonalista diġà beda joffri s-soluzzjoni biex l-edukazzjoni f’Malta tissaħħaħ, inkluż titjib fil-pagi tal-edukaturi u l-għalliema. Titjib ukoll fl-istipendji tal-istudenti biex ikollhom aktar għajnuna għal ċertu korsijiet fl-Università u f’istituzzjonijiet oħra.
Bernard Grech qal li Robert Abela fl-aħħar snin ħela l-opportunitajiet biex jagħmel dak li hu sew għal pajjiżna. Fil-konkluzjoni tieghu, il-Kap tal-PN qal li l-elezzjoni tiġi u tmur, iżda l-futur ta’ pajjiżna se jibqa’ magħna dejjem u li għalhekk fl-aħħar xhur il-PN nieda għadd ta’ ideat u proposti biex dawn l-oqsma jieħdu r-ruħ.
//= $special ?>