Lokali

Il-kostum Malti jispikka fil-konkors Miss World

Ftit jiem biss il-bogħod mill-finali tad-70 edizzjoni tal-konkors Miss World li se jsir f ’Puerto Rico, bħalissa għaddejjin bosta preparamenti fejn se naraw l-ispettaklu tal-kostumi tradizzjonali tal-pajjiż.

Il-kostum tradizzjonali ta’ Malta huwa ddisinjat minn Nadine Cuschieri b’karateristiċi li jirraprezentaw l’istorja ta’ pajjiżna .. fejn ma tonqos l-Imdina, il-Katidral ta’ San Pawl u it-telgħa ta Saqqajja, flimkien ma’ Luzzu u s-simbolu tal-mara il-ħoxna. Dan il kostum ser ikun qed jiġi pprezentat fil-ftuħ uffiċjali tas-serata finali li ser isir fis-16 ta’ Diċembru … fejn qed jiparteċipaw ‘il fuq min mitt kontestant madward id-dinja.

Naomi Dingli hija it-tfajla li qed tirapprezenta lill Malta fil-konkors ta’ Miss World wara li rebħet it-titlu ta’ Miss World Malta organizzat minn Sue Rossi u Claudia Calleja.