Ftit tal-mumenti ilu fil-Parlament il-PN talab li l-petizzjoni li tressqet dwar il-liġi tal-kannabis tkun diskussa b’urġenza. Il-Whip tal-Grupp Parlamentari tal-PN Robert Cutajar qal li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista se tkun qed tivvota kontra l-abbozz ta’ liġi kif inhu mressaq bħalissa mill-Gvern.
Intant mumenti wara huwa talab biex il-petizzjoni li preżentaw 53 organizzazzjoni lill-Parlament biex jiġi emendat l-abbozz ta’ liġi dwar il-kannabis tkun diskussa mill-aktar fis.
//= $special ?>