Dalogħdu f’konferenza tal-aħbarijiet, il-Viċi-President tal-MFA Matthew Paris flimkien mal-Head of Futsal Mark Marlow fi ħdan l-istess assoċjazzjoni nedew il-viżjoni fit-tul tal-MFA b’rabta mal-futsal f’pajjiżna.
Matthew Paris, irrimarka kif minkejja li l-MFA qed taħdem fuq pjan għall-preżent sabiex jitjiebu wkoll ir-riżultati tat-timijiet nazzjonali tal-futsal, Paris qal ukoll li l-MFA qed taħdem fuq il-viżjoni fit-tul ta’ dan l-isports. Dan kollu huwa parti mill-Memorandum of Understanding tal-istrateġija tal-futsal sas-sena 2027.
Il-Viċi President tal-MFA elenka wkoll numru ta’ investimenti li saru mill-assoċjazzjoni fl-aħħar xhur fejn fost l-oħrajn twaqqfet l-Akkademja tal-Futsal. Mark Marlow, li huwa l-Head of Futsal fi ħdan l-MFA tkellem dwar qal li l-MFA qed tinvesti fil-qasam tal-Grassroots bl-għan prinċipali jkun li fil-futur it-timijiet nazzjonali jkollha skwadri kompetittivi.
Intant ittellgħu wkoll il-poloz għar-round ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja, fejn it-tim Malti se jkun qed jilgħab fi Grupp B, flimkien man-Norveġja, d-Danimarka u Ċipru.
//= $special ?>