Lokali

Ippubblikat il-Kalendarju ta’ Marċi u Bandalori

Il-preżentatur tal-programm ‘Marci u Bandalori’, Joe Chetcuti, nieda l-kalendarju tant mistenni għas-sena li ġejja – kalendarju li ġie ppreżentat lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech.

F’messaġġ li għamel waqt it-tnedija, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li dan il-programm ta’ Net FM irnexxielu jagħti leħen lill-kultura u t-tradizzjonijiet Maltin, b’mod partikolari lill-Każini tal-Banda li huma hafna għal qalbu.

Bernard Grech stqarr li l-Partit Nazzjonalista dejjem appoġja l-ħidma tad-dilettanti fil-festi.

Il-preżentatur Joe Chetcuti minn naha tieghu fakkar kif dan il-programm li welled hu, illum għandu mijiet ta’ semmiegħa. Kien hawn li b’mod partikolari sellem lil dawk li huma waħidhom jew morda…. li bil-programm jagħmillhom kumpanija, kif ukoll lill-emigranti Maltin u Għawdxin lil hinn minn xtutna li jisimgħu il-programm ‘Marci u Bandalori’.

Preżenti għal din it-tnedija kien hemm ukoll is-Segretarju Ġenerali Michael Piccinino, il-Vici Kapijiet David Agius u Robert Arrigo, flimkien ma’ diversi uffiċjali oħra tal-Partit Nazzjonalista, kif ukoll l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda.