Futbol Sport

Jude Bellingham immultat €40,000 mill-FA Ġermaniża

Il-midfielder ta’ Borussia Dortmund, Jude Bellingham ġie mmultat €40,000 mill-FA Ġermaniża wara kummenti li għadda fil-konfront tar-referee Felix Zwayer li kkontrolla l-partita bejn Borussia Dortmund u Bayern Munich ta’ nhar is-Sibt li għadda.

Bellingham ikkritika l-mod ta’ kif ir-referee mexxa l-partita fejn fil-kummenti wara l-partita rrefera għall-każ ta’ match fixing li kellu Zwayer fl-2005 fejn kien sospiż sitt xhur. Dortmund qalu li mhux se jkunu qed jappellaw mis-sentenza.