Lokali

Maratona Ġbir ta’ Fondi biex il-PN ikompli jissaħħaħ

Kollox jinsab lest ghall-maratona Ġbir ta’ Fondi biex il-PN ikompli jwassal il-messaġġ tiegħu b’mod effettiv.

F’kummenti lil Net News Michael Piccinino, is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, wassal appell biex kulħadd jipparteċipa fil-maratona ġbir ta’ fondi b’risq il-Partit Nazzjonalista li se ssir l-Erbgħa, jum il-festa tal-Kunċizzjoni.

Michael Piccinino spjega għaliex jeħtieġ l-għajnuna ta’ kulħadd biex il-messaġġ tal-PN ikompli jissaħħaħ,

Michael Piccinino qal li l-Partit Nazzjonalista qiegħed jissokta bil-ħidma tiegħu ħalli jkompli jikkonvinċi aktar u aktar nies jafdawh bħala gvern alternattiv. Il-Partit Nazzjonalista għandu direzzjoni ċara ħafna għal pajjiżna. Irid li tinqata’ l-korruzzjoni, li jispiċċa l-abbuż tal-poter u li jgħibu l-arroganza u l-iskandli li fnew lil pajjiżna fl-aħħar disa’ snin ta’ Gvern Laburista.

Roberto Runza, li jagħmel parti mit-tim organizzativ tal-maratona, spjegalna l-ħidma li saret biex intrama l-istudio tal-maratona. Tkellimna wkoll ma’ Noel Briffa illi fissrilna l-involviment tal-ħaddiema biex din il-maratona tkun suċċess – tant li għal din l-okkażjoni, is-sala tad-Dar Ċentrali ntramat b’libsa għal kollox differenti.