Futbol Sport

Milan eliminati, Real Madrid jirbħu fuq Inter

(Ritratt: EPA)

Fi Grupp B, fi Stadio San Siro, Milan sfaw eliminati wara li tilfu bl-iskor ta’ 2-1 kontra Liverpool. Kien Fikayo Tomori li fetaħ l-iskor wara 29 minuta għal Milan. Ir-rimonta ta’ Liverpool bdiet fis-36 minuta meta kien Mohamed Salah li għamilhom 1-1 biex fil-55 minuta, Divock Origi għamel l-iskor 2-1.

Mill-istess grupp, flimkien ma’ Liverpool kienu Atletico Madrid li kwalifikaw meta għelbu lil Porto 3-0. Kien Antoine Griezmann fit-tieni taqsima li poġġa lill Atletico Madrid fil-vantaġġ. L-Ispnajoli sfaw jilagħbu bi player anqas meta tkeċċa Yannick Carrasco filwaqt li fis-70 minuta tkeċċa Wendell għal Porto. Atletico Madrid skorjaw żewġ gowls lejn it-tmiem permezz ta’ Angel Correa u Rodrigo De Paul biex aċċertaw minn rebħa ta’ 3-0.

Real Madrid rebħu Grupp D meta f’partita diretta għelbu lil Inter 2-0. Real Madrid fetħu l-iskor permezz ta’ Toni Kross wara biss 17-il minuta. Inter sfaw jilagħbu bi player anqas fl-64 minuta meta tkeċċa Nicolo Barella. Real Madrid irduppjaw fid-79 minuta meta kien Marco Asensio li għamilhom 2-0.

Fi Grupp A, Manchester City, irnexxielhom jirbħu l-grupp minkejja li tilfu l-aħħar partita kontra RB Leipzig bl-iskor ta’ 2-1. Leipzig fetħu vantaġġ doppju b’gowls fl-24 u fil-71 minuta permezz ta’ Dominik Szoboszlai u Andre Silva rispettivament, b’Riyad Mahrez inaqqas l-iskor fis-76 minuta. It-tim ta’ Pep Guardiola temm il-partita bi player anqas meta tkeċċa Kyle Walker fit-82 minuta.

PSG kisbu rebħa kbira ta’ 4-1 fuq Club Brugge. Kylian Mbappe fetaħ l-iskor b’żewġ gowls f’temp ta’ ħames minuti. Lionel Messi għamilhom 3-0 fit-38 minuta. Fit-tieni taqsima, Mats Rits naqqas l-iskor għal Club Brugge, b’Messi jiskorja r-raba’ gowl it-tieni gowl personali, fis-76 minuta permezz ta’ penalty.

Fi Grupp Ċ, rebħiet kbar għal Ajax u Borussia Dortmund fuq Sporting u Besiktas rispettivament, bit-tim ta’ Ajax jirbaħ il-grupp b’sitt rebħiet minn daqstant partiti filwaqt li Sporting kwalifikaw bit-tieni post.

UEFA CHAMPIONS LEAGUE
Illum: GRUPP A:
PSG v Club Brugge 4-1, RB Leipzig v Man City 2-1 GRUPP B: Milan v Liverpool 1-2, Porto v Atletico Madrid 0-3 GRUPP Ċ: Ajax v Sporting 4-2, B. Dortmund v Besiktas 5-0 GRUPP D: Real Madrid v Inter 2-0, S. Donetsk v FC Sheriff 1-1 Għada: GRUPP E: B. Munich v Barcelona 9.00pm, Benfica v D. Kyiv 9.00pm GRUPP F: Atalanta v Villarreal 9.00pm, Man Utd v Y. Boys 9.00pm GRUPP G: Salzburg v Sevilla 9.00pm, Wolfsburg v Lille 9.00pm GRUPP H: Juventus v Malmo 6.45pm, Zenit v Chelsea 6.45pm