Lokali

Rigal ta’ NET FM għas-semmiegħa kollha

Hekk kif issa dħalna sew fl-atmosfera tal-festi tal-Milied, il-preżentaturi ta’ Net FM ingħaqdu flimkien sabiex joffru kanzunetta festiva għas-semmiegħa kollha ta’ dan l-istazzjon.

Il-kanzunetta, li Eileen Montesin tirreferi għaliha bħala r-rigal ta’ NET FM għas-semmiegħa kollha, għandha lirika tagħha stess u arranġament mużikali ta’ Augusto Cardinale.

Fost il-preżentaturi li ppartecipaw f’din il-kanzunetta hemm diversi vuċijiet familjari li ilhom iwasslu programmi fuq Net FM għal diversi snin.

Eileen Montesin spjegat ma’ Net News illi l-idea nibtet wara li għamlet programm speċjali ta’ Family Affair flimkien mal-preżentaturi tar-radju…u l-atmosfera tant kienet waħda sabiħa li ġietha l-idea li terġa’ tlaqqagħhom, u flimkien iwasslu kanzunetta bħala ringrazzjament għas-semmiegħa ta’ dan l-istazzjon.

Il-video uffiċjali se jitnieda l-Erbgħa 8 ta’ Diċemru waqt il-Maratona Ġbir ta’ Fondi li qed jorganizza l-Partit Nazzjonalista.