Lokali Qorti

Żagħżugħ jammetti li spara lil sieħbu fl-Iklin għax beża’ minnu

Ryan Sultana ta’ 24 sena mill-Iklin ammetta mill-ewwel mal-Pulizija li kien hu li spara tliet tiri fuq Vince Xuereb ta’ 55 sena, magħruf bħala l-“Oranġo” għax beża’ li kellu xi arma f’idejh. “Jien kont, jien sparajtlu” kien qal Sultana lill-Pulizija f’inċident li seħħ wara ħabta bejn żewġ karozzi viċin ir-residenza ta’ Sultana.

Meta kompliet il-kumpilazzjoni quddiem il-Maġistrat Monica Vella fil-konfront ta’ Ryan Sultana li qed jiġi mixli li kkaġuna feriti gravi fil-konfront ta’ Xuereb u ma użax arma skont il-liċenzja, l-Ispettur Wayne Camilleri qal li l-akkużat qalilhom li l-vittma kellu jagħtih €7,000 li kien sellfu, u li qatt ma tah.

Sadanittant Xuereb ċaħad li Sultana kien sellfu xi flus. Sultana qal ukoll lill-Pulizija li huwa kien spara fl-ajru u ma riedx jolqot lil Xuereb u r-raġuni li laqtu setgħet kienet li xi ċomba kienet żengulija u għalhekk bidlet id-direzzjoni tagħha biex spiċċat biex laqtet lil Xuereb.

Fix-xhieda tiegħu l-Ispettur Camilleri qal ukoll li hu kien infurmat li Xuereb kien qed jagħmel xi telefonati mill-mobile biex jipprova ixaħħam xi xhieda fuq il-każ u dan kien qed iwegħdhom li jagħtihom xi flus jekk jixhdu kif jindikalhom hu. Sadanittant l-Ispettur Camilleri ikkonferma li minn stħarriġ li għamlet il-Pulizija, l-vittma huwa magħruf bħala ‘frodista’. Ix-xhud qal li fid-9 ta’ Settembru li għadda kien ġie nfurmat mid-Depot għall-ħabta 3.45pm li kien hemm spartarura fl-Iklin, faċċata ta’ residenza.

Dan seħħ wara ħabta bejn żewġ karozzi fejn eskala argumanet u persuna sparat lejn ix-xufier l-ieħor. Kien  ġie nfurmat li s-suspettat kien ġie arrestat fuq il-post u l- vittma ttieħed f’ ambullanza l-isptar Mater Dei, u li kien fil-periklu li jitlef ħajtu.

Qal li kien tkellem mal-Ispettur Andrew Agius tad-Distrett li qallu li kienet infetħet inkjesta mill-Maġistrat Nadine Lia. Camilleri huwa bagħat Surġent u Kuntistabbbli mit-team tiegħu fuq ix-xena tar-resat u hu mar Mater Dei biex jiċċekkja fuq l-istat tal-vittma.

Mar u sar jaf li l-vittma kien Vince  Xuereb, u li waqt li kien l-isptar ipprova jkellmu iżda ma rnexxielux għaliex kienu qegħdin isirulu xi testijiet mediċi.. Ftit wara minn naħa ta’ Mater Dei kien infurmawh li l-vittma issa kien stabbli. Wara mar fuq ix-xena tar-reat u dan kien għall-ħabta tal-5.00pm. li kienet ippreservata. Qal li kien ra żewġ karozzi bojod, waħda Peaugeot li kienet quddiem residenza tħares lejn in-Naxxar u karozza maħbuta fiha tat-tip Toyota Tercell.

Fuq il-post kien tkellem ma’ Surġent u Kuntistabbl tal-RIU li kienu l-ewwel nies li waslu fuq il-post. Dawn qalulu l-aktar l-isfel fit-triq fid-direzzjoni lejn il-Maypole kienu sabu lill-vittma b’ħafna demm b’raġel u jokrob u jitlob għall-għajjut. Kif waslu fil-viċinanzi tar-residenza 69, ħareġ Ryan Sultana u qalilhom li kien hu li spara.

Dawn tawh it-twissija u arrestawh. Mill-istess l-istess residenza żewġ membri tal-familha tal-akkużat. Wara tal-RIU daħlu fl-istess residenza u sabu senter tal-kaċċa li Ryan Sultana qalilhom li kienet l-arma li ntużat biex wettaq ir-reat. L-Ispettur Camilleri qal li żewġ Pulizina tħallew fixed point fejn l-arma biex tiġi preservata l-evidenza. 

In-nannu ta’ l-akkużat qalilhom li Ryan jgħix magħhom u  Tercell u li kienu jafu minn huwa Vincent Xuereb, li nfurmahom li huwa frodist magħruf u lil lin-npeuti tiegħu kien ħadlu €7,000 u li dejjem kien qed iwegħdu li jsiblu xi post tal-Gvern, u li dejjem iwegħdu għal xejn u li kien l-akkużat kien ilu jistaportih.

Ix-xhud qal li l-għada tal-inċident, f l-10 ta’ Settembri, 2021 fl-10.am mar l-isptar Mater Dei flimkie  ma’ Pulizijna oħra biex ikellmu lil Vincent Xuereb, li kellu Pulizija miegħu bħala safety. Qalilhom li jinsab tajjeb u li seta’ jitkellem magħhom. Qallhom ukoll li lir-Ryan kien ilu jafu erba’ snin. Qabel l-isparatura kellhom imorru flimkien biex jiltaqgħu ma’ xi tabib. Imma qabel kellhom argument fuq it-telefon ftit qabel ma kellu jmur quddiem ir-residenza ta’ Ryan biex jiġbru.

Camilleri qal li kien irċieva telefonati anonimi li Vincent Xuereb kien kellem xi xhieda biex ibiddlu l-verżjoni tagħhom, u informah lil li jinsab taħt arrest u kkonfiskalu l-mobile tiegħu,  li ġie mogħti lil espert biex jiġi jaraw jekk sarux xi telefonati fuq bdil ta’ berżjonijiet għal xi somma flus.

Dak inhar stess ukoll  ix-xhud flimkien mal-Ispettur Andrew Agius interrogaw lil Sultana li għażel li jikkonsultra mal-Avukat tiegħu Arthur Azzopardi li kien preżenti waqt l-interogazzjoni.

Fl-interogazzjoni Sultana kkopera bs-sħiħ mal-Pulizija, ammetta li kien hu l-spara għax kien  qed jibża minnu meta mar quddiem id-dar riegħu fejn qal li kellu xi ħaġa sewda f’idejh. Peress li kien għadu ġej mill-kaċċa kellu senter fil-karozza tas-seat tal-passiġġier. Il-każ se jkompli fit-12 ta’ Jannar, fil-11.15 am. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Wayne Camilleri u mill-Avukat George Camilleri f’isem l-Avukat Ġenerali filwaqt li l-Avukat Arthur Azzopardi qed jidher għall-akkużat.