Internazzjonali

Biljunarju Ġappuniż jibda vjaġġ esklussiv fl-ispazju

L-imprenditur Ġappuniż Yusaku Maezawa, sigħat ilu, beda vjaġġ fl-ispazju u fejn għandu jqatta’ 12-il jum  fl-International Space Station (ISS).

Maezawa hu l-ewwel ‘turist tal-ispazju’ li se jżur dan l-istazzjon wara diversi snin u b’hekk qed iniżżel ismu mal-lista tal-biljunarji li għaddew mill-esperjenza memorabbli.

L-imprenditur  — ex drummer fi grupp tal-punk rock u li sar sinjurun mill-kumpanniji tal-e-commerce – qed jaħseb biex iwettaq mal-‘100 attività’ fl-ispazju u anki jrid jilgħab il-golf f’dik l-atmosfera.

Intant, it-tluq fl-ispazju, din id-darba, sar b’rokit tar-Russja li telaq mill-Kosmodrom ta’ Baikonur fil-Kazakhstan.