Lokali

Covid-19: 87 każ ġdid, jiżdiedu l-każi fl-Isptar

87 persuna instabu pożittiv għall-virus tal-Covid-19 fl-aħħar 24 siegħa, fl-istess żmien, 61 kienu meqjusa li fiequ biex għaldaqstant, il-każi attivi żdiedu għal 1,363.

Żdiedu wkoll in-numru ta’ każi li jeħtieġu kura fl-Isptar li telgħu għal 26 u erbgħa minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. Fortunatament ma kienx hemm vittmi fl-aħħar sigħat.

Sa issa ingħataw 141,243 doża booster tal-vaċċin.