Il-Pulizija Ingliża qed tinvestiga ċirku kriminali li qed ibiegħ Ċertifikati tal-Covid illi qed jinħolqu apposta għal persuni li ma jridux jitlaqqmu. Dan iċ-ċertifikati foloz qed ikunu reklamati bħala “alternattiva” għal min irid jevita l-vaċċin.
Net News jista’ jikkonferma li anke f’pajjiżna hawn gruppi li qed jiffalsifikaw dawn iċ-ċertifikati. Iżda mhux ċar x’informazzjoni qed tistħarreġ il-Pulizija lokali, jew jekk kienx hemm kuntatt mal-awtoritajiet Brittanniċi.
Il-media Ingliża qed tirrapporta li ċ-ċertifikati foloz tal-Covid qed jiġu reklamati f’mill-inqas 9 pajjiżi Ewropej fuq il-pjattaformi soċjali.
//= $special ?>