Lokali

“Jekk nippromwovu l-użu tal-kannabis, inkunu qed nisparaw għal saqajna” – OASI

“M’hemm l-ebda għadu ikbar minn dak l-għadu li titrattah bħala ħabib – Jekk aħna nħarsu lejn is-sustanzi u nqisuhom bħala tajbin and we promote them – mela hemm hekk qegħdin nisparaw għal saqajna”

Dan kien id-diskors ta’ Noel Scerri, il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni OASI waqt seduta tal-Kumitat Konġunt dwar l-Affarijiet Soċjali u dwar il-Familja, li matulha kienet diskussa l-Policy Nazzjonali dwar id-Droga f’pajjiżna.

“Għandek iz-zgħazagħ tagħna, in-nies tagħna u l-popolazzjoni tagħna li ċertu sustanzi jarawhom bħala ok, rikreativi .. Jien ma nistax nifhem kif inti d-droga tista tgħidilha rikreativa .. L-ebda droga m’hi rikreattiva. U nagħmlu żball kbir jekk insejħulhom rikreativi.”

Min-naħa tagħha, Stephania Dimech, il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Richmond, qalet li l-użu tal-kannabis jieħu post l-iżvilupp tal-bniedem – kemm żvilupp fiżiku kif ukoll l-iżvilupp mentali –speċjalment meta wieħed jibda jagħmel użu mill-kannabis sa minn età żgħira. Dan filwaqt li l-użu ta’ din d-droga jista’ faċilment jiftaħ il-bibien għall-użu ta’ sustanzi oħrajn.

“Cannabis does lead people to use other drugs.. waħda mill-akbar challenges hija li meta n-nies li jużaw is-sustanża, l-emozzjonijiet tagħhom jiġu numbed u alura problema jitfawha taħt it-tapit .. b’hekk ma jiżviluppawx il-ħiliet tagħhom.”

Stephania Dimech staqsiet dan l-Abbozz ta’ Liġi abażi ta’ xhiex ġie propost?

“Aħna ħarisna lejn il-white paper u mmaġinajna li se jkun fiha aktar riċerka” Biex saru dawn il-proposti saru xi tip ta’ ta’ social impact assessments? Pruvajna nifhmu?”

Il-Kap Eżekuttiv tar-Richmond sostniet li wieħed mill-punti kardinali hu li l-Gvern għandu bżonn jifhem aktar u jirrifletti bir-reqqa l-impatt li se tħalli din il-Liġi fuq is-soċjetà inġenerali. Kompliet li l-legalizazzjoni tal-kannabis tħalli barra għal kollox l-interess tat-tfal u tal-ġid komuni.

“B’din il-liġi x’messaġġ se ngħaddu lit-tfal tagħna? Role modelling huwa one of the stronget ways to earn … ma stajnix nifhmu .. dan ma tista’ taħbi xejn quddiemhom, tkabbir tal-pjanta”

Barra minhekk, kemm il-Fondazzjoni OASI kif ukoll il-Fondazzjoni Richmond tennew li aktar ma jgħaddi ż-zmien, aktar qed jikber l-użu tas-sustanzi … u bil-legalizzazzjoni tal-kannabis, is-servizzi tagħhom mhux se jlaħħqu mad-domanda.

X’ħin in-nies ser ikollhom health issues – is-serizzi tagħna ser ikunu jifilħu ngħal din?”

Matul il-laqgħa, id-Deputati Nazzjonalisti preżenti – Claudette Buttigieg, David Agius u Ivan Bartolo – staqsew mistoqsijiet li rriflettew it-tħassib tal-poplu kif ukoll ta’ diveri għaqdiet, NGOs u professjonisti li ltaqgħu magħhom fl-aħħar ġimgħat.

Min-naħa l-oħra – għalkemm preżenti fil-laqgħa – id-Deputati tal-Labour kienu assenti u ftit li xejn ipparteċipaw fid-diskussjoni. Tant hu hekk li, f’punt minnhom, waħda Claudette Buttigieg kellha tiġbdilhom l-attenzjoni …

Dan f’riflessjoni għall-mod kif il-Partit ta’ Robert Abela qed jinjora għalkollox it-tħassib tan-nies u l-appelli ta’ diversi professjonisti u għaqdiet, tant li qed jagħżel li jibqa’ għaddej bħal romblu minn fuq kulħadd.