Internazzjonali

L-Indja: Imut Ġeneral ewlieni f’tiġrif ta’ ħelikopter

NEW DELHI, INDIA- JANUARY 29: Chief of Defence Staff (CDS) Bipin Rawat seen during Beating Retreat Ceremony, at Vijay Chowk, on January 29, 2020 in New Delhi, India. It is an annual musical extravaganza, which marks the culmination of four-day-long Republic Day celebrations. A total of 16 Military Bands, 16 Pipes and Drums Bands from Regimental Centres and Battalions are participating in this year's ceremony. The Beating Retreat ceremony marks a centuries-old military tradition where flags are lowered and Colours and Standards are cased. (Photo by Burhaan Kinu/Hindustan Times via Getty Images)

Il-kmandant militari ewlieni tal-Indja tilef ħajtu fit-tiġrif ta’ ħelikoper, li seħħ fl-Istat ta’ Tamil Nadu, lejn in-naħa t’isfel tal-pajjiż.

Minbarra Bipin Rawat, il-Kap tad-Difiża Indjana, mietu wkoll fit-tiġrif martu flimkien ma’ ħdax-il persuna oħra. Intant, it-tiġrif tal-ħelikopter, tat-tip Mi-17V5, seħħ qalb l-għoljiet viċin il-belt ta’ Coonoor – fost rapporti li salvat persuna waħda biss li qed tkun trattata l-isptar għall-ġrieħi.

Il-Ġeneral Rawat kien inħatar bħala l-ewwel Kap Ewlieni tad-Difiża tal-Indja f’Jannar tal-2019 – u meta taħt il-kontroll tiegħu kien hemm l-Armata, flimkien mal-qawwiet tal-ajru u tal-baħar. Sadanittant, l-ogħla tmexxija tal-qawwiet tal-ajru Indjani qed jinvestigaw il-kawża tal-inċident fatali.