Mara ta’ 66 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqgħet ġo xaft minn għoli ta’ madwar sular. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11.15 ta’ dalgħodu f’residenza fi triq ir-Ramla, in-Nadur.
Il-Pulizija tad-Distrett marret immedjatament fuq il-post filwaqt li fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Il-mara ttieħdet l-isptar b’ambulanza u aktar tard ġiet iċċertifikata bi ġrieħi serji.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Bridget Sultana fejn ħatret diversi esperti.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin
//= $special ?>