Sport Waterpolo

Matthew Castillo jsalva penalty lejn it-tmiem u jżomm ir-rebħa għal Exiles

Il-mument li Matthew Castillo salva l-penalty ta' Isaiah Riolo

Rapport: Stewart Said

Exiles telgħu waħedhom fit-tieni post b’rebħa sofferta kontra Sirens Mecca Marin. Kollox ma’ kollox, Exiles kien ħaqqhom ir-rebħa, iżda r-reazzjoni ta’ Sirens fit-tieni parti tal-aħħar sessjoni kważi wasslet biex il-partita tintemm fi draw. Kellu jkun Niall Saliba li skorja l-ewwel gowl tal-logħba wara tliet minuti mill-ftuħ tat-tieni sessjoni. Il-vantaġġ tagħhom kiber għal 4-1 fit-tielet sessjoni, liema distakk ta’ tliet gowls baqa’ sal-aħħar sessjoni.

Il-gowl b’azzjoni personali ta’ David Fenech lejn nofs l-aħħar sessjoni donnu qajjem lil Sirens u fi ftit sekondi, il-vantaġġ ta’ 6-3 tnaqqar għal 6-5 b’gowls ta’ Matthias u Jerome Zerafa Gregory. Sirens saħansitra kellhom iċ-ċans li jġibu d-draw iżda l-gowlkiper Matthew Castillo salva l-penalty ta’ Isaiah Riolo.

Sliema Frank Salt bnew fuq ir-rebħa kontra Neptunes is-Sibt li għadda. Din id-darba għelbu lil Marsaskala Fish and Fish b’wirja konvinċenti anki minkejja n-nuqqas ta’ Jerome Gabarretta, l-akkwist il-ġdid Dino Zammit u l-plejers l-oħra li jinsabu jilagħbu barra l-pajjiż.

Wirja kollettiva tas-Slimiżi li żammew mal-aspettattiva kontra avversarju ta’ livell differenti. Wara li fl-ewwel sessjoni Marsaskala kienu ġabu d-draw momentarju ta’ 2-2, Mark Meli daħħal lil Sliema minn fuq fi tmiem l-ewwel sessjoni. Huma aċċertaw mir-rebħa fit-tieni sessjoni b’sitt gowls mingħajr risposta fosthom doppjetti ta’ Zach Mizzi u Kieyan Borg. B’distakk li kompla jikber fit-tielet sessjoni, fl-aħħar perjodu, ċans ukoll għaż-żewġ gowlkipers ta’ riserva Dale Galea Mule u Aidan Muscat.

Fl-ewwel logħba tal-ġurnata, San Ġiljan Mercury Towers fetħu l-impenji tagħhom b’rebħa faċli kontra Birżebbuġa Freeport. Għat-tim Ġiljaniż għamel id-debutt Nikolai Zammit li ġie akkwistat mingħand Neptunes, bil-plejer xellugi jniżżel ismu fost l-iskorers għal ħames darbiet.

SAN ĠILJAN MERCURY TOWERS….. 16

BIRŻEBBUĠA FREEPORT………………… 4

(6-0), (3-2), (5-1), (2-1)

San Ġiljan: J. Tanti, K. Grech (1), D. Fero, R. Caruana (1), M. Zammit (3), M. Ortoleva (1), D. Tully (3), B. Plumpton, N. Zammit (5), D. Zammit (2), G. Vassallo, F. Scardino, L. Montebello Brownrigg

Birżebbuġa: M. Sladden, J. Farrugia (1), N. Cassar, B. Grech (1), S. Bezzina, D. Farrugia, G. Mannino (1), D. Cutajar (1), M. Cassar, K. Tanti, R. Spiteri, M. Curmi, F. Buhagiar, D. Incorvaja, G. Sammut

Referees: Ronnie Spiteri, Stefan Licari

MARSASKALA FISH AND FISH…….. 7

SLIEMA FRANK SALT…………………… 16

(2-3), (0-6), (1-3), (4-4)

Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar, A. Camenzuli, R. Greco, G. Galea, K. Navarro, M. Manara (1), D. Pace Lupi, G. Sammut (2), J. Ciantar (3), M. Carani (1), A. Muscat

Sliema: N. Grixti, J. Cassar, E. Schembri (1), D. Rizzo (3), M. Meli (3), S. Engerer, B. Attard, J. Cutajar (1), J. Brownrigg, K. Borg (3), Z. Mizzi (3), Z. Cutajar Licari (2), D. Galea Mule, J. Saliba, J. Pace Mizzi

Referees: Massimo Angileri, Richard Magri

SIRENS MECCA MARIN……….. 5

EXILES…………………………………… 6

(0-0), (1-3), (1-2), (3-1)

Sirens: G. Galea Curmi, L. Grech Carr, K. Erdogan, J. Sciberras, J. Zerafa Gregory (2), Z. Bartolo, L. Falzon, I. Riolo (1), J. Napier, M. Sciberras, M. Bonnici, M. Azzopardi (2), O. Gauci

Exiles: M. Castillo, N. Saliba (2), S. Apap, P. Paris (1), T. Sullivan, S. Xerri de Caro, M. Fenech, K. Griscti, N. Paris (1), J. Bajada, M. Aquilina (1), D. Fenech (1), G. Borg

Referees: Peter Balzan, Neville Mercieca

Logħob li jmiss

Is-Sibt 18 ta’ Diċembru

Neptunes vs Marsaskala  3.00pm

Sliema v Sirens              4.05pm

Exiles v San Ġiljan         5.10pm