Lokali Qorti

Fenech talab għal maħfra li ma ngħatax għax kellu wkoll ħafna informazzjoni fuq korruzzjoni

“Fenech talab il-maħfra għax kellu ħafna informazzjoni dwar il-korruzzjoni fil-pajjiż li ried jiżvela biex ikun eliġibbli għall-maħfra. Qatt ma kkonferma li ried, ħallas jew kien involut fil-qtil. “Għall-kuntrarju kien ċaħad li kellu xi involviment. ‘X’kienet kitbet dwari l-vittma biex tiġġustifika dan? Ma tarax?’ kien qal.” Il-liġi tgħid li dikjarazzjonijiet huma invalidi jekk jittieħdu bi skambju għall-wegħdiet, żied l-avukat.

Dan kollu kien żvelat f’rikors li ppreżenta Yorgen Fenech. Sadanittant l-Avuklati ta’ Yorgen Fenech talbu lill-Qorti Kriminali biex tiddikjara inammissibbli bħala prova, informazzjoni li Fenech kien żvela lill-pulizija waqt li kien fi “stat vulnerabbli” wara li kien imwiegħed li se tintuża biss sabiex it-talba tiegħu għal maħfra presidenzjali tiġi kkunsidrata.

-avukat difensur ta’ Fenech għamel diversi talbiet lill-Qorti Kriminali f’seduta twila. Fenech jinsab akkużat bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, li nqatlet b’karozza bomba barra d-dar tagħha fl-2017. F’rikors ippreżentat il-Ħamis filgħodu, Fenech talab permess lill-Qorti Kriminali biex fost l-oħrajn jinħatar espert mill-qorti biex jirrapporta dwar l-effetti li l-konsum tal-kokaina li jkun hemm fuq moħħ persuna li tkun qed tiġi interrogata. L-Avukat Charles Mercieca talab ukoll li jinghataw il-provi kollha, kemm favur kif ukoll kontra l-imputat.

Mercieca allega li 130 minuta biss ta’ recordings ta’ Melvin Theuma kienu ġew żvelati lid-difiża minn madwar 60 siegħa ta’ reġistrazzjonjonijiet. “Hemm evidenza li ma ordnax, ma riedx jew ma ħallasx għall-qtil a’ Daphne Caruana Galizia” huwa qal, waqt li akkuża lill-prosekuzzjoni li “pinġet realtà li kienet selettiva.

“Mhux biss int interrogajt lill-klijent tiegħi meta kien vulnerabbli, imma l-informazzjoni li ngħatat kienet ta’ fatti magħżula biss.” Kienu saru diversi talbiet għall-iżvelar fir-rigward tar-recordings, qal l-avukat.
“Illum nafu li l-pulizija kellha aktar minn 200 reġistrazzjoni fl-idejha, mhux erba’ li kienet żvelat lid-difiża”. “Hemm recordings oħra li Fenech ried jisma’, iżda ma tħalliex.”

F’jumejn, l-interrogazzjoni spiċċat u Fenech kien lest biex jiġi akkużat, kompla Mercieca. “Naturalment dan ikun il-każ jekk tħalli biss lill-akkużat jisma’ dak li trid li jisma’.” Waqt li qara mit-traskrizzjoni tal-interrogazzjoni ta’ Fenech, Mercieca kkwotah jgħid “Dejjem għedtlek li dan l-omiċidju ma bedax minni, beda minn Melvin fuq l-inizzjativa tiegħu…”

Melvin Theuma kien qed jiġi ggwidat biex jimplika fl-istorja lil Yorgen Fenech
L-avukat kompla jallega li l-pulizija kellha recordings, data tal-mowbajl u interċettazzjoni tat-telefon li wrew li Melvin Theuma kien qed jiġi ggwidat biexi iddaħħal fl-istorja lil Fenech. “Dawn mhumiex importanti?” staqsa Mercieca.
Waqt ix-xhieda ta’ Edwin Brincat “Il-Ġojja”, ix-xhud kien ġie kkonfrontat b’interċettazzjoni ta’ telefon inkriminanti, li d-difiża ma kinitx taf bihom.

“Innutajna li kellhom interċettazzjonijiet tat-telefon li jindikaw frame up, li Fenech ma riedx jew ma ħallasx għal dan il-qtil.” Kellna nsiru nafu dwar dawn bi inċident? Imisshom ġew ppreżentati fl-ewwel jum.” Lanqas id-difiża ma ngħatat kopji tad-dikjarazzjonijiet maħruġa mill-eks Ministru Chris Cardona, l-eks chief of staff tal-OPM Keith Schembri u oħrajn, allega l-avukat. “Għaliex ma ngħatajniex kopji… lanqas meta tlabna għalihom?”

“Nista’ b’kuxjenza tajba ngħid li din id-dikjarazzjoni hija evidenza tajba meta l-persuna li tatha kienet manifestament imqarrqa… X’rimedju ieħor nista’ jkolli? F’dan l-istadju qed nitlob li tiġi ddikjarata inammissibbli.”

Diskussjonijiet fuq maħfra mhux maħsuba bħala evidenza
Mercieca qal lill-Qorti li wara l-arrest ta’ Fenech, kien hemm konversazzjonijiet dwar jekk kienx eliġibbli jew le għall-maħfra Presidenzjali. Qabel dawn il-konversazzjonijiet, il-qbil kien li dawn id-dikjarazzjonijiet ma setgħux jittieħdu bħala evidenza sakemm ma tingħatax il-maħfra presidenzjali, qal lill-qorti.

Mercieca sostna li l-avukati kienu tkellmu mal-uffiċjali investigattivi u kkonfermaw dan minn qabel. Huma kienu taw parir legali lil Fenech b’dan l-isfond. “B’konsegwenza ta’ dan m’għandniex stqarrija li hija konformi mal-Att dwar il-Pulizija jew mal-Kodiċi Kriminali. Ma nqratx lilu, u lanqas ikkonfermat minnu, peress li ma kellhiex tintuża bħala prova kontrih.”

Il-parte civile kienet ressqet rikors quddiem il-qorti tal-kumpilazzjoni fejn argumentat li bl-istess mod li ġew esebiti d-dikjarazzjonijiet ta’ Theuma, hekk għandhom ukoll dawk ta’ Fenech. -AĠ ma kienx oġġezzjona għal din it-talba, qal l-avukat ta’ Fenech, u żied li d-dikjarazzjoni ta’ Fenech ma ttieħdetx b’mod awdjoviżiv, iżda bil-miktub mill-pulizija.

Il-Ħamis ingħad li l-istqarrija meħuda waqt il-proċess ta’ maħfra, għalhekk gawdiet minn status differenti fil-liġi. “Ma setgħux jinġiebu bħala prova kontrih. Ġew esebiti wkoll b’mod diżonest, wara li ttieħdu taħt kundizzjoni. L-ewwel ħaġa li tagħmel hu li tużah kontrih bi ksur tal-kundizzjoni.”

Il-liġi tgħid li dikjarazzjonijiet huma invalidi jekk jittieħdu bi skambju għall-wegħdiet, żied jgħid l-avukat. Id-diżonestà kienet “ta’ l-iskantament”, kompla Mercieca, billi sostna li l-akkużat l-ewwel kien imwiegħed li l-informazzjoni ma kinitx se tintuża biex tinkriminah, imbagħad kellha tintuża kontrih xorta waħda u l-prosekuzzjoni mhux talli ma oġġezzjonatx, iżda ħeġġet b’mod attiv l-użu tagħha.

“Mhux biss inkisbet b’mod diżonest iżda wkoll ġiet ppreżentata fil-qorti b’mod diżonest,” issottomettiet id-difiża. “L-AĠ kien sema’ x-xhieda ta’ Keith Arnaud u Kurt Zahra quddiem diversi qrati fejn qalu li l-informazzjoni tneħħiet b’mod informali. L-atti kienu fil-pussess tiegħu għal xahar.

“L-AĠ kien parti mill-proċess tal-konsiderazzjoni tal-maħfra u kien jaf li m’għandux jiġi esebit. Allura għaliex ħalla li jkun?” Fir-rigward tal-provi li ngħata minn Melvin Theuma, l-avukati ta’ Fenech sostnew li din kienet inammissibbli peress li d-difiża ġiet imċaħħda mill-opportunità li kontro-eżaminah, minħabba li nħarġet polza ta’ akkuża.

Bl-istess mod, il-provi li ta Keith Schembri ma setgħux jintużaw, qalet id-difiża, peress li x-xhieda tiegħu kienet sospiża u minħabba li l-qorti kienet tatlu wkoll drittijiet li ma kinux previsti fil-liġi.

Jallega “kondotta ħażina” ta’ espert tal-Europol
il-bidu tas-seduta quddiem l-Imħallef Edwina Grima, l-Imħallef innotat li rċiviet żewġ applikazzjonijiet, waħda għall-libertà proviżorja u rikors ieħor li kien fih diversi talbiet. L-imħallef irrimarkat li hija kienet diġà ddekretat talbiet simili.
Il-ħatra tal-espert diġà ġiet iddekretata, hija qalet. L-Imħallef staqsiet ukoll dwar ir-rilevanza f’dan l-istadju tal-esebizzjoni tal-Kodiċi ta’ kondotta tal-impjegati tal-Europol.

“Ma setax isir qabel, waqt il-kumpilazzjoni tal-provi jew waqt il-ġurija ta’ Fenech? L-Avukat Charles Mercieca wieġeb li l-att ta’ akkuża kienet ġiet ippreżentata sa dak iż-żmien. Mercieca allega li l-kodiċi ta’ kondotta “sparixxi” mill-websajt tal-Europol, iżda żied li kellu kopja, iżda qal li din kellha tiġi esebita mill-prosekuzzjoni.

L-Assistent Avukat Ġenerali Philip Galea Farrugia sostna li espert jinħatar fil-kapaċità personali tiegħu bħala espert u mhux f’isem l-Europol. L-Imħallef qablet mal-AĠ. Mercieca sostna li l-aġir tal-espert invalidat ix-xogħol tiegħu u li l-kodiċi ta’ kondotta kien meħtieġ biex jipprova dan. Ma kien hemm l-ebda dispożizzjoni legali li timpedixxih milli jesebixxi evidenza dwar l-ammissibbiltà f’dan l-istadju. Il-qorti ma qablitx, u qalet li l-istadju tal-provi se jsir quddiem il-ġurija.

L-Imħallef staqsiet dwar ir-rilevanza għall-każ f’dan l-istadju. “Ma nistax nifhem din l-applikazzjoni mingħajr ma tgħidli, f’dan l-istadju, x’għandha tikseb.” Mercieca: “Qed nistaqsu… ilna erba’ xhur nistennew dawn il-kopji.” L-imħallef ipprotestat dwar dan, u qalet lill-avukat biex jidderieġi l-ilment tiegħu lill-amministrazzjoni tal-qrati, peress li r-reġistratur tagħha kien qed jinqasam ma’ ħaddieħor u minħabba f’hekk kien tilef appuntamenti mal-esperti.

Il-Qorti kienet qed tagħmel l-aħjar li setgħet fiċ-ċirkostanzi, qalet l-imħallef, filwaqt li saħqet li mhux qed tippreġudika d-drittijiet tal-akkużat. Din id-dikjarazzjoni ma qablitx magħha d-difiża, li qalet li l-effetti ta’ din is-sitwazzjoni kienu “preċiżament dak”.

Għal Yorgen Fenech dehru l-avukati Charles Merceica, Gianluca Caruana Curran u Marion Camilleri. Id-Deputat Avukat Ġenerali Philip Galea Farrugia rrappreżenta lill-prosekuzzjoni fis-seduta tal-Ħamis.