Sport Sport Ieħor

Francesca Clark tasal sas-semifinali tal-Open tal-Portugall ta’ taħt is-17-il sena

Francesca Clark flimkien ma’ Jessica Almieda tal-Portugal irnexxielha tagħmilha sas-semifinali tal-Open tal-Portugall ta’ taħt is-17-il sena.

Fl-ewwel partita tagħhom, Clark u Almeida rebħu kontra Mafalda Avellino u Anastasia Lurkova 21-6, 21-6, fejn wara din ir-rebħa, għelbu wkoll lil Beatriz Araujo u Leonor Silva 21-8, 21-10.

Fis-semifinali, Clark u Almeida ma rnexxielhomx iżommu l-pass pożittiv u tilfu kontra Carolina Mendes u Marta Sousa 7-12, 12-21.

Fis-singles, Farncesca Clark sabet oppożizzjoni diffiċli u kienet megħluba minn Maria Wilkinson 11-21, 2-21 fejn Wilkinson irnexxielha tasal ukoll sal-kwartifinali.