Coronavirus Lokali

Il-Covid iħalli vittma oħra f’pajjiżna

Jerġgħu jiżdiedu l-vittmi tal-pandemija f’pajjiżna… hekk kif bejn l-Erbgħa u l-Ħamis tħabbret vittma oħra – raġel fl-eta’ ta’ 64 sena, illi miet kaġun tal-COVID-19. Sabiex b’hekk it-total ta’ vittmi f’pajjiżna mill-bidu tal-pandemija issa tela’ għal 469.

L-awtoritajiet tas-saħħa kkonfermaw ukoll li fl-aħħar sigħat kelna 81 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 107 persuna oħra. B’hekk it-total ta’ każi attivi issa huwa ta’ 1,336.

Il-kazi attivi jinkludu l-pazjenti rikoverati fl-Isptar Mater Dei, li bhalissa huma 27, fejn fosthom hemm erbgħa li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. Madankollu, mhi tingħata l-ebda informazzjoni dwar il-persuni li jinsabu fl-Isptar, fosthom l-etajiet jew jekk dawn humiex imlaqqmin jew le.

Sal-Ħamis ingħataw 143,935 doża tal-booster ghal kontra l-Covid.