Internazzjonali

Il-Gvern ta’ New Zealand se jwaqqaf kompletament it-tipjip għaż-żgħażagħ

Pass storiku mill-awtoritajiet fi New Zealand hekk kif il-Prim Ministru Jacinda Ardern iddeċidiet li tintroduċi miżuri biex taqta’ is-sigaretti. Dan se jsir permezz ta’ liġi illi se tiprojbixxi t-tipjip għal dawk li twieldu mill-2008 ‘il quddiem.

Skont l-esperti tas-saħħa, din il-mossa se twassal biex iż-żgħażagħ ma jaqgħux fil-vizzji.

“Irridu li fil-futur, iż-żgħażagħ ma jaqbdux it-tipjip”, qalet il-Ministru tas-Saħħa ta’ New Zealand.

Il-Prim Ministru ta’ New Zealand minn naħa tagħha qed timmira li sal-2025 tnaqqas b’5 fil-mija r-rata tat-tipjip, bil-ħsieb li fil-futur ikunu eliminati għal kollox is-sigaretti.