Fi stqarrija mill-Awtorità tal-Ippjanar sar magħruf li l-istess Awtorità approvat l-iżvilupp tal-parkeġġ tat-Trade Fair fin-Naxxar.
Intqal li s-sit jinsab barra iz-zona UCA tan-Naxxar, b’50% se jkun spazju pubbliku. Il-proġett se jkun qed jikkonsisti, f’żewġ torrijiet wieħed ta’ 9 sulari, u l-ieħor ta’ seba’, isfel se jkun hemm gym, spa u 12-il ħanut, bi 3 t’iħwienet tal-catering u kif ukoll ċentru għat-tfal.
Fl-imsemmi proġett se jkun hemm 136 appartament, bil-parkeġġ ta’ taħt l-art se jkun qed jilħaq il-massimu ta’ 356 vettura, filwaqt li se jkun hemm 108 garaxxijiet.
Is-sena l-oħra l-bord tal-Ippjanar kellu quddiemu applikazzjoni oħra għal żvilupp fl-istess sit iżda minn applikant differenti. Dak iż-żmien l-applikazzjoni kienet ġiet irrifjutata minħabba l-volum massiv propost ta’ bini li ma kienx aċċettabbli fil-kuntest tas-sit.
L-Awtorità tal-Ippjanar imponiet is-somma ta’ €324,000 li jridu jitħallsu mill-iżviluppatur biex jintużaw b’risq proġetti fil-lokalità u kontribuzzjoni ta’ €50,000 għall-fond artistiku.
//= $special ?>