Il-pjan għar-realtajiet il-ġodda tal-Covid-19 għadu mhux lest.
Dan ikkonfermah ma’ Net News il-Ministru Clayton Bartolo meta saqsejnih jekk hemmx pjan imħejji għas-sitwazzjoni preżenti li qed taffetwa b’mod partikolari l-bookings fil-lukandi u s-settur turistiku.
Bla dubju li l-Omicron affetwa wkoll b’mod dirett is-settur tal-vajazzjoni, li kien għadu qed jipprova jirkupra wara sena u nofs diffiċli ferm.
Mistoqsi dwar is-sitwazzjoni li tinsab fiha l-Air Malta, il-Ministru naqas milli joffri serħan tal-moħħ lill-ħaddiema tal-linja nazzjonali tal-ajru. Dan wara d-daqqa li reġgħet hadet l-AirMalta, propju minħabba li f’daqqa waħda tħassru numru ta’ bookings fl-isfond tax-xenarju l-ġdid li ġab miegħu l-Omicron.
Bħalissa, il-Gvern Laburista qed jitlob permess għal state aid għall-AirMalta…. b’sorsi qrib il-Kummissjoni Ewropea qed jindikaw li l-ammont mitlub mhux wieħed realistiku – bit-triq għadha waħda twila sabiex jintlaħaq qbil. Dan ifisser aktar tħassib għal diversi impjegati tal-linja nazzjonali tal-ajru. Il-ħaddiema tal-AirMalta ilhom xhur jitolbu assigurazzjoni mill-Gvern, iżda sorsi mill-qalba ta’ din il-kumpanija qed jghidu li l-ħsara li saret taħt il-Ministru Konrad Mizzi għadha tinħass sal-lum.
//= $special ?>