L-aħħar inżul ta’ borra f’Turin biddlet din il-belt – flimkien ma’ bnadi oħra fin-naħa ta’ fuq tal-Italja – f’mantell abjad wiesgħa.
Fil-fatt, ir-residenti ta’ Turin raw l-ewwel borra għal din is-sena, meta r-reġjuni tal-Italja qegħdin jintlaqtu mit-temperaturi ta’ friża li qed idumu għal jiem sħaħ.
It-temperaturi niżlu drastikament fir-reġjuni ta’ Piedmonte, Lombardia, Ligura u Veneto. Intant, f’dawn il-jiem mistennija anki l-irwiefen intensivi għan-naħa t’isfel tal-Italja –partikularment għal Sardina, Toscana, Lazio u Campania.
Il-mewġa ta’ temp xitwi kiefer mistennija tiddomina fl-Italja sal-aħħar tal-ġimgħa.
//= $special ?>