Kummerċ Lokali

Rachel Attard tingħaqad mal-Kamra tal-Kummerċ

Fi stqarrija l-Kamra tal-Kummerċ ħabbret li Rachel Attard se tkun qed tokkupa l-irwol ta’ Media and Communication Strategist.

F’kummenti li għaddiet qalet li hija tinsab ħerqana għal din l-isfida filwaqt li tenniet li l-Kamra tal-Kummerċ minn dejjem kienet entità kruċjali f’Malta.

Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ laqgħet bis-sħiħ din il-ħatra filwaqt li sostniet li ċ-Chamber qed tkompli tattira aktar talent biex jaħdmu fi ħdana. Min-naħa tagħha s-CEO Marthese Portelli qalet li tinsab konvinta li l-kontribut li se tagħti Attard, se jkun effettiv u relevanti.