Lokali Turiżmu

Tal-MTA jinqabdu – il-Ministru ma jgħidx kemm kienet se tiswa l-ispiża għal-lukanda

Il-Ministru Clayton Bartolo kkonferma ma’ Net News li għadu ma ħa l-ebda azzjoni u qed jistenna l-informazzjoni dwar l-aħħar storja li ġiet żvelata mit-Times.

Dan b’rabta ma’ ufficjali fi ħdan l-MTA, illi inqabdu li bbukjaw numru ta’ kmamar fil-lukanda Phoenicia fil-Floriana, sempliċiment biex l-istaff ikun viċin l-attivitajiet tal-Milied li qed isiru fil-viċin.

Fl-istorja li kienet żvelata dalgħodu mit-Times, intqal li uffiċjali tal-MTA bbukjat numru ta’ kmamar fil-lukanda Phoenicia, sempliċiment biex l-istaff ikun viċin il-Villaġġ tal-Milied li hemm fid-daħla tal-Belt – spiża ta’ eluf ta’ ewro li kellha titħallas mit-taxxi tal-poplu.

Hu mifhum li l-bookings għal ċertu kmamar tħassru wara li t-Times bagħtet domandi lill-Ministru tat-Turiżmu.

Fil-kummenti tiegħu ma’ Net News Clayton Bartolo baqa’ ma riedx jgħid lanqas jekk hux se tiskatta investigazzjoni fuq dan l-aħħar skandlu tal-Gvern.