Coronavirus Lokali Saħħa

Mis-Sibt se jkun obbligatorju li tilbes il-maskra f’postijiet pubbliċi

Il-varjant Omicron għadu ma daħalx f’Malta – Din l-aħbar pożittiva tħabbret mill-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne waqt konferenza tal-aħbarijiet li fiha saħaq li dan il-varjant eventwalment se jasal f’pajjiżna għaliex hija sitwazzjoni inevitabbli.

Il-każi l-ġodda kollha tal-Coronavirus li qed ikunu reġistrati f’pajjiżna huma kolla tal-varjant Delta.

Is-7 day moving average bħalissa jimmarka 85 każ kuljum.

Chris Fearne ħabbar ukoll li minn testijiet li kkonkudew Pfizer jidher li l-booster tagħhom, it-tielet doża ta’ dan il-vaċċin tilqa’ għal kontra l-varjant tal-Omicron.

Intant, tħabbar ukoll li l-perjodu ta’ bejn it-tieni u t-tielet doża ser jinżel minn 6 xhur għal 4 xhur u għalhekk wara li persuna tkun ħadet żewġ dożi u jkunu għaddew 4 xhur, tkun tista’ tapplika biex tingħata l-booster.

F’din il-konferenza tal-aħbarijiet, l-awtoritajiet ħabbru li l-vaċċin għal tfal bejn 5 u 12 il-sena se jasal fil-jiem li gejjin u t-tilqim se jibda mill-15 ta’ Diċembru. Dan meta ser jibdew jitlaqqmu l-ewwel it-tfal vulnerabbli.

Mhux eskluż li l-każi f’pajjiżna jkomplu tilgħajn u mhux eskluż li mill-ġdid jiżdiedu r-restrizzjonijiet jekk il-persuni li qed jirċievu kura fl-isptar jiżdiedu.

Minn nhar is-Sibt li ġej f’postijiet pubbliċi se jkun obbligatorju li tilbes il-maskra.