Futbol Sport

Villarreal mal-aħħar 16 fil-UEFA Champions League

(Ritratt: EPA)

Villarreal saru l-aħħar tim li kwalifika għal mal-aħħar 16 tal-UEFA Champions League, fejn wara li l-partita ta’ l-Erbgħa filgħaxija ġiet pospost minħabba l-borra, fil-Gewiss Stadium għelbu lil Atalanta 3-2.

Arnaut Danjuma fetaħ l-iskor għal Villarreal wara tliet minuti. Etienne Capoue rdoppja tliet minuti qabel il-mistrieħ biex l-istess Danjuma għamel l-iskor 3-0 fil-51 minuta. Atalanta pruvaw iwettqu rimonta permezz ta’ gowls minn Ruslan Malinovsky u Duvan Zapata liema gowls ma kienux biżejjed biex isalvaw punt għal Atalanta.