Il-Qorti tal-Appell ikkonfermat is-sentenza tal-2018 li tħassar żewġ kuntratti li permezz tagħhom in-negozjant Mark Gaffarena u martu Josielle kienu rċevew madwar €1.65 miljun permezz ta’ esproprjazzjoni irregolari tas-sehem tagħhom ta’ proprjetà fil-Belt Valletta.
B’riżultat tal-kuntratti, il-gvern kien ħallas €1.65 miljun fl-2015 għall-esproprjazzjoni parzjali ta’ Gaffarena tal-propjetà li tinsab Triq iż-Zekka l-Qadima li kien xtara bi frazzjoni tal-prezz ġimgħat biss qabel, fi ftehim meqjus bħala wieħed korrott. mill-Oppo]izzjoni u minn entitajiet oħra li kien wassal għar-ri]enja tas-segretarju parlamentari Michael Falzon.
Il-każ oriġinali li jitlob it-tħassir tal-kuntratt kien ġie ppreżentat minn Joseph Muscat, dak iż-żmien Prim Ministru, fl-2016, wara li stejjer minn setturi tal-media kienu rrappurtaw il-ftehim wasslu għal kritka qawwija mill-pubbliku. F’Marzu 2018 ingħatat deċiżjoni finali, li tiddikjara t-trasferimenti ta’ proprjetà kienu ġew konklużi illegalment.
Il-qrati kienu rrevokaw l-esproprjazzjoni, u ddeċidew li l-Kummissarju għall-Artijiet kellu jikkumpensa lil kull wieħed mis-sidien pro-rata u li l-gvern kien “effettivment akkwista parti mill-proprjetà li tappartjeni lis-sidien kollha tiegħu u ħallas sid wieħed biss għaliha.”
Sussegwentement il-koppja Gaffarena kienu ressqu appell, deċiżjoni li f’liema każ ingħatat mill-Imħallfin Giannino Caruana Demajo, Tonio Mallia u Anthony Ellul. L-appell ġie miċħud, bil-qorti tosserva li “huwa proprju minħabba li sehem mis-sehem ta’ kull parti li l-kumpens ma kellux jingħata kollu kemm hu lill-appellanti,” qalet il-qorti filwaqt li żiedet li “dan huwa tant ovvju li huwa diffiċli tifhem kif l-appellanti jistgħu jinterpretawh b’mod onest b’xi mod ieħor, u kif jistgħu jgħidu bis-serjetà li meta jiġi akkwistat sehem diviż, il-kumpens jinqasam bejn kulħadd u meta jiġi akkwistat sehem indiviż il-kumpens ma jinqasamx.”
Il-fatt li Joseph Muscat kien ippreżenta l-kawżi bħala MP bl-użu tat-titlu uffiċjali tiegħu ta’ Prim Ministru ma jfissirx li l-każ kien ippreżentat f’isem il-gvern, qalu l-imħallfin, li rrimarkaw li l-liġi tat id-dritt li jiġi ppreżentat tali każ biss fil-konfront tal-Avukat Ġenerali u membri tal-Parlament.
Għalhekk il-kunflitt fir-rwol ta’ Muscat bħala attur, kif allegat il-koppja Gaffarena, ma baqax, qalet il-qorti. L-uniċi bidliet li saru mill-qorti lis-sentenza oriġinali kienu relatati mal-ispejjeż tal-kawża oriġinali, fis-sens li l-atturi ma kinux aktar mistennija jħallsu l-ispejjeż relatati mal-intervent fil-kawża. Il-Qorti ordnat li l-perjodu għall-pubblikazzjoni tal-kuntratt tal-kanċelazzjoini jibda minnufih.
//= $special ?>