Internazzjonali

Ġermanja: Jibqgħu jħarsu t-tradizzjonijiet tal-Milied minkejja l-pressjoni

L-osservazzjoni tal-Milied fil-Ġermanja qed tkompli skont it-tradizzjoni antika u minkejja l-isforzi ta’ diversi pressure groups biex inaqqsu s-sinifikat ta’ din l-akbar festa għall-Kattoliċi tad-dinja.

Il-Milied fil-Ġermanja hu partikularment maħbub mit-tfal li, qabel il-Milied, ikunu qed jistennew bil-ħerqa għal lejla speċjali, aktar kmieni fix-xahar, meta huma jħallu wieħed minn par boots fuq l-għatba tad-dar tagħhom – waqt li jistennew li ssir xi ħaġa maġika matul il-lejl.

Fil-fatt, u dejjem skont it-tradizzjoni, dawn it-tfal, l-għada filgħodu, isibu ż-żraben mimlijin biċ-ċikkulata, ħelu u ġieli xi ftit flus bħala parti mill-maġija tal-Milied.

Intant, il-kulturi l-oħrajn fl-Ewropa u ‘il hinn minnha qegħdin jiċċelebraw tradizzjonijiet simili tal-Milied minkejja l-pressjoni ta’ xi gruppi biex il-Milied jingħata isem aċċettabbli għal kull denominazzjoni kulturali u biex in-nies ibiddlu t-tislijiet u awguri tradizzjonali huma u jindirizzaw lil xulxin.

Dawn it-tradizzjonijiet qed jinżammu ħajjin matul dan ix-xahar u speċjalment aktar ma joqrob żmien il-Milied – bit-tfal fil-Ġermanja u l-pajjiżi Ewropej qed josservaw xorta tradizzjoni speċifika….dik li jdendlu kalzetta taħt is-Siġra f’Lejliet il-Miled fost tamiet li jirċievu rigali skont l-aspettativa li tkun ilha tikber u tiżdied għal ġimgħat.