Coronavirus Lokali

Imut raġel ieħor kaġun tal-Covid-19

Il-Ministeru tas-Saħħa l-Ġimgħa waranofsinhar fuq il-paġna tas-saħħa fuq Facebook ħabbar li bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa, raġel ta’ 73 sena tilef ħajtu kaġun tal-COVID-19. B’hekk, it-total ta’ vittmi issa żdied għal 470.

Dan filwaqt li fl-aħħar 24 siegħa tħabbar li kelna 88 każ ġdid ta’ Covid-19. Fl-istess ħin fiequ wkoll 59 persuna oħra biex b’hekk il-każi attivi huma 1,364.

Il-Ministeru tas-saħħa ħabbar ukoll li l-ammont ta’ pazjenti rikoverati fl-Isptar Mater Dei għall-COVID-19 issa niżel għal 23 filwaqt li għad baqa’tliet pazjenti fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Tħabbar ukoll li sal-Ħamis ingħataw 146,861 vaċċin tal-booster.