Miljuni ta’ nies fir-Renju Unit se jirċievu ħlas ta’ darba sa £300 dan ix-xahar. Il-pensjonanti u dawk li jieħdu l-benefiċċji se jingħataw l-ispinta finanzjarja, b’ammonti li jiddependu fuq ċirkostanzi speċifiċi. Il-ħlas qed jintlaqa’ tajjeb. Id-Dipartiment għax-Xogħol u l-Pensjonijiet qal li 11.4 miljun ruħ irċevew il-ħlas fil-perjodu tax-xitwa preċedenti tal-2019/2020.
“Hekk kif il-kontijiet tad-dar tal-gass u tad-dawl jogħlew minħabba żieda fil-prezzijiet tal-enerġija u żieda fl-użu matul ix-xhur tax-xitwa, ilkoll qed inħarsu lejn modi kif innaqqsu l-ispejjeż. Għalhekk tajjeb li jkun faf min jista’ jikseb dan il-Ħlas tal-Fjuwil tax-Xitwa u kemm.
Sabiex wieħed jikkwalifika għall-Ħlas tal-Fjuwil tax-Xitwa ta’ din is-sena, irid tkun twieled fis-26 ta’ Settembru 1955 jew qabel, u għex fir-Renju Unit għal mill-inqas ġurnata waħda matul il-ġimgħa tal-20 sas-26 ta’ Settembru 2021 – din tissejjaħ il- ġimgħa ta’ kwalifika.
Dawk li ma kinux fir-Renju Unit matul dik il-ġimgħa ta’ kwalifika xorta jistgħu jkunu eliġibbli jekk jgħixu fl-Isvizzera jew f’pajjiż taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE); jew ikollhom “rabta ġenwina u suffiċjenti mar-Renju Unit” – dan jista’ jinkludi lil min għex jew ħadem fir-Renju Unit, u li jkolluy familja fir-Renju Unit.
Kemm wieħed se jikseb Ħlasijiet tal-Fjuwil tax-Xitwa jiddepedu mill-qagħda finanzjarja tiegħu. Normalment dawn isiru f’Novembru u Diċembru. Madankollu il-flus se jingħataw sal-14 ta’ Jannar 2022. Il-kriterji li jiddeterminaw kemm wieħed se irċievi Ħlas tal-Fjuwil tax-Xitwa.
Il-ħlas tiegħek jista’ jkun differenti jekk ikollok wieħed minn dawn l-erba’ benefiċċji: Kreditu tal-Pensjoni, Appoġġ tad-Dħul, Allowance tal-Impjiegi (JSA) ibbażat fuq id-dħul, jew Allowance tal-Impjiegi u Appoġġ (ESA) relatat mad-dħul. L-anqas benefiċċju huwa ta’ £100 u hemm min se jieħu £150 u numru ieħor se jieħdu £200. Madankollu l-maġġoranza se jieħdu £300.
//= $special ?>